Pagamenti u miżati
Pagament minn qabel
Waqt l-akkreditazzjoni, inti tiġi mitlub biex tagħmel pagament minimu ta’ 2,500 ewro. Jekk jogħġbok innota li l-kont tiegħek irid ikun fih minimu ta’ 2,500 ewro biex wieħed ikun jista’ jirreġistra u jimmaniġġja ismijiet ta’ dominji taħt il-.eu jew il-varjanti tiegħu f’kitbiet oħra.
Meta inti tibda tirreġistra ismijiet ta’ dominji, aħna nibagħtulek fattura kull xahar fejn fiha jkun hemm imniżżla l-attività tax-xahar ta’ qabel. Meta tħallas il-fattura, il-bilanċ tal-kont tar-reġistratur tiegħek imur lura għal-livell oriġinali ta’ qabel il-pagament.
Pagament ta’ wara
Jekk int
- Ilek reġistratur akkreditat tal-EURid għal aktar minn sentejn,
- Għandek kont f’bank Ewropew
- Inti soġġett għaż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA - Single Euro Payment Area),
Int tista’ taqleb minn pagament minn qabel għal pagament ta’ wara abbażi tal-konfigurazzjoni tal-kont. Billi tuża konfigurazzjoni bbażata fuq pagament ta’ wara inti ma jkollokx iktar bżonn li tħallas il-fattura tiegħek manwalment jew iżżid il-flus fuq il-kont tiegħek kull xahar biex tilħaq il-livell tal-pagament minimu peress li dawk il-fondi jaslu permezz ta’ debitu dirett mill-kont tal-bank tiegħek.
Jekk inti tilħaq ir-rekwiżiti li ssemmew qabel, inti tista’ tagħmel it-tibdila billi tibgħat il-formola tal-mandat online fuq registry.eu. Il-formola tal-mandat titlob għal informazzjoni dwar l-IBAN u l-BIC assoċjati mal-kont bankarju mixtieq kif ukoll xi informazzjoni personali.
Miżati ta’ tranżazzjonijiet
Il-miżati mniżżlin hawn taħt japplikaw biss għar-reġistraturi tal-EURid akkreditati. Jekk inti qed taħseb biex tirreġistra isem ta’ dominju tal-.eu (jew il-varjanti tiegħu f’kitbiet oħra) jew jekk inti detentur ta’ isem ta’ dominju, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-reġistratur tiegħek għal informazzjoni dwar miżati li jieħu għar-reġistrazzjoni u tranżazzjonijiet oħra.
Reġistrazzjoni |
€4.25 kull sena ta’ terminu ta’ reġistrazzjoni |
Tiġdid (iċċarġjat kull sena) |
€4 kull sena ta’ terminu ta’ reġistrazzjoni |
Riattivazzjoni mill-kwarantina |
€4 |
Estensjoni ta’ terminu |
€4 kull sena ta’ estensjoni |
Trasferiment ta’ isem ta’ dominju |
€4.25 |
Trasferiment ta’ isem ta’ dominju fi kwarantina |
€4.25 |
Trasferiment legali |
€4.25 |
Trasferiment f’daqqa ta’ portafolli ta’ ismijiet ta’ dominji (tariffa minima ta’ €500)* |
€0.25 għal kull isem ta’ dominju |
Registry lock |
€10 għal kull dominju kull sena |
*B’xejn fil-każ li jittieħed kompletament u jispiċċa l-kont |