Aqbeż għall-kontenut ewlieni

Proċess ta’ akkreditazzjoni f’5 passi

Pass 1: Aqra l-Ftehim tar-Reġistratur Akkreditat

Bħala reġistratur akkreditat għandek tosserva r-regoli tal-Ftehim tar-Reġistatur Akkreditat tal-EURid u tissodisfa l-kriterji ta’ akkreditazzjoni, għalhekk jekk jogħġbok aqra l-eżemplar tal-Ftehim tar-Reġistratur Akkreditat qabel tissottometti t-talba tiegħek.

Pass 2: Ibgħat talba ta’ akkreditazzjoni lil EURid

Jekk tissodisfa l-kriterji ta’ akkreditazzjoni u tkun interessat li ssir akkreditat, jekk jogħġbok ibgħatilna email, inkluż l-isem tal-kumpanija tiegħek, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija/in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT u l-indirizz lil [email protected]

Pass 3: Imla l-formola tal-applikazzjoni online

Wara evalwazzjoni preliminari, EURid se jibgħatlek link għall-formola tal-applikazzjoni. Imla l-formola online u aċċetta t-Termini tal-Ftehim tar-Reġistratur Akkreditat.

Pass 4: Verifika tal-eliġibilità

L-EURid se jirrevedi l-applikazzjoni tiegħek u jagħtik aktar informazzjoni dwar evidenza dokumentata meħtieġa biex tipproċedi bil-proċess ta’ akkreditazzjoni.

Pass 5: Agħmel il-pagament minn qabel tiegħek

Ladarba l-EURid japprova l-applikazzjoni tiegħek, aħna nibdew il-Ftehim. Qabel ma tkun tista’ tibda tirreġistra u timmaniġġja l-ismijiet ta’ dominju, jeħtieġilna li tagħmel pagament minn qabel ta’ EUR 2,500. Ladarba l-pagament ikun sar, il-ftehim tiegħek jitqies iffirmat.

Diġa reġistratur tal-EURid?

 

Illoggja fl-extranet tar-reġistratur biex taċċedi l-għodda tal-kummerċjalizzazzjoni, aħbarijiet u dokumenti kollha għall-komunità tar-reġistraturi tagħna.