Kriterji ta’ akkreditazzjoni

Biex tikkwalifika għal akkreditazzjoni bħala reġistratur, bħala kandidat inti meħtieġ li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

Li żżomm is-sit tal-internet operattiv tiegħek.

Jekk toffri servizzi ta’ reġistrazzjoni ta’ isem ta’ dominju, is-sit tal-internet tiegħek għandu jkun disponibbli f’mill-inqas lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni Ewropea u għandu jkun fih:

  • id-dettalji sħaħ tal-kumpanija (bħall-isem uffiċjali tal-kumpanija, il-forma ġuridika, in-numru ta’ reġistrazzjoni, l-indirizz, it-telefon, l-indirizz tal-email, u s-sit tal-indernet);
  • appoġġ lill-klijenti f’mill-inqas lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni Ewropea;
  • informazzjoni ċara dwar is-servizzi u l-prezzijiet li toffri;
  • sistema ta’ ċċekkjar tad-disponibbiltà ta’ dominju jew link għal whois.eurid.eu.

Jekk is-servizzi ta’ reġistrazzjoni ta’ isem ta’ dominju tiegħek huma amministrati minn parti terzi, inti tibqa’ responsabbli għall-offerti ta’ kull parti terza bħal din.           

Għandek il-kompetenza teknika biex timplimenta u tappoġġja s-servizzi ta’ reġistrazzjoni ta’ isem ta’ dominju b’mod professjonali ħafna.

Tiċċertifika li tinsab f’qagħda finanzjarja tajba (aħna nżommu d-dritt li nitolbu aktar evidenza tal-istabbiltà finanzjarja tiegħek).