Aqbeż għall-kontenut ewlieni
  • Merħba fil-EURid Merħba fil-EURid
    • Merħba fil-EURid
    • DwarnaDwarna
      • Dwarna
      • Pożizzjonijiet vakanti
    • Governanza Korporattiva
    • Eċċellenza teknika
    • Iċ-Ċibersigurtà
    • Inħarsu l-ambjent
    • Sħubiji
    • InizjattiviInizjattivi
      • Inizjattivi
      • .eu Academy
      • .eu Live Talks
    • Pubblikazzjonijiet
    • Statistika
  • Aħbarijiet
  • Irreġistra isem ta’ dominju Irreġistra isem ta’ dominju
    • Irreġistra isem ta’ dominju
    • Regoli għad-dominjiRegoli għad-dominji
      • Regoli għad-dominji
      • List of blocked names
      • Application form for the activation of a reserved name
    • Sib reġistratur
    • Ismijiet ta’ dominji bi karattri speċjali (IDNs)
    • Kwalità tad-data
    • Tilwim fuq ismijiet ta' dominji
    • Guidelines for .eu in Cyrillic
    • Guidelines for .eu in Greek
    • GDPR
    • Brexit notice
  • My .eu
  • Sir reġistratur Sir reġistratur
    • Sir reġistratur
    • Pagamenti u miżati
    • Kriterji ta’ akkreditazzjoni
  • WHOIS

Kwalità tad-Data

 

L-iżgurar tal-kwalità tad-data li għandna għar-reġistranti u li nippubblikaw fil-bażi ta’ data tal-WHOIS tagħna kien objettiv ewlieni għall-EURid sa mill-ġranet bikrija tad-dominju tal-ogħla livell ta’ .eu. 


Il-provvista ta’ data preċiża u aġġornata hija għodda ta’ importanza li qiegħda dejjem tiżdied fil-ġlieda kontra l-użu ta’ isem ta’ dominju frodulenti. 


Aħna nemmnu li l-azzjonijiet u l-proġetti deskritti hawn taħt jistgħu jkunu ta’ suċċess bl-appoġġ sħiħ tar-reġistraturi u r-reġistranti tagħna. Permezz tal-ħidma tagħna magħhom, aħna se nkomplu ntejbu l-kwalità tad-data tagħna u nagħmlu l-ispazju tal-isem .eu affidabbli u sigur.

F’daqqa t’għajn

 

  • Kwalità tal-WHOIS
  • Sistema tal-Prevenzjoni Minn Abbużi u ta’ Twissija Bikrija (APEWS)
  • Proġett ta’ Kun Af lill-Klijent Tiegħek (KYC)

Kwalità tal-WHOIS

 

EURid tkompli ttejjeb il-kwalità tad-data tal-WHOIS ibbażata fuq il-web u tistinka sabiex tippromwovi l-konformità tar-reġistraturi mal-obbligi kuntrattwali tagħhom. Din hija r-raġuni għaliex aħna bdejna l-proġett tagħna tal-Kwalità tal-WHOIS: sabiex niċċekkjaw il-faċilità tat-tiftix tal-WHOIS tagħna u nirranġaw kwalunkwe ineżattezza li jista’ jkun hemm.


Data tal-WHOIS ibbażata fuq il-web (li tinkludi informazzjoni dwar id-detentur tal-isem ta’ dominju u s-servers tal-isem assoċjati ma’ kull isem ta’ dominju) hija bżonnjuża u mandatorja għal varjetà ta’ għanijiet. Dawn jinkludu t-twettiq ta’ inkjesti mill-awtorità tal-protezzjoni tal-konsumatur u awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi oħrajn, l-identifikazzjoni tas-sors ta’ email spam, l-iżvilupp ta’ azzjonijiet sabiex jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u l-indirizzar tal-attakki ċibernetiċi, kif ukoll li jissolvu problemi tekniċi tan-network.

 

APEWS

Is-Sistema tal-Prevenzjoni Minn Abbużi u ta’ Twissija Bikrija (APEWS) hija metodoloġija innovattiva u rebbieħa tal-unuri bbażata fuq il-valutazzjoni ta’ mudelli tar-reġistrazzjoni tal-isem ta’ dominju. Hija tbassar jekk isem ta’ dominju jistax potenzjalment jintuża b’mod abbużiv.  

 

Jekk is-sistema tidentifika isem ta’ dominju rreġistrat bħala wieħed potenzjalment marbut mal-abbuż, id-delega tiegħu għall-fajl taż-żona .eu tiġi ttardjata u l-istat tiegħu fil-WHOIS ibbażat fuq il-web ikun jidher bħala “Server Hold”. L-isem ta’ dominju jkun rreġistrat; madankollu, kwalunkwe servizz marbut miegħu (bħal sit web, email, jew kwalunkwe servizz) ieħor mhux se jaħdem sakemm il-proċedura ta’ verifika tagħna titlesta.

 

EURid tirrevedi manwalment l-ismijiet ta’ dominju kollha li d-delega tagħhom tiġi ttardjata bħala riżultat tas-sistema APEWS. F’dak il-każ, id-detentur tal-isem ta’ dominju huwa meħtieġ li jikkonferma d-data ta’ reġistrazzjoni tiegħu u jissottometti l-evidenza għaliha permezz tal-portal https://my.eurid.eu, li l-EURid ħolqot għad-detenturi tal-isem ta’ dominju tagħha. L-istess proċess ta’ reviżjoni jista’ jwassal għad-delega tal-isem ta’ dominju għall-fajl taż-żona .eu jew għas-sospensjoni tiegħu. Jekk l-isem ta’ dominju jiġi delegat, huwa jsir attiv u funzjonali. Jekk l-isem ta’ dominju jiġi sospiż (u sussegwentament irtirat), mhux se jsir attiv jew funzjonali. Wara, l-isem ta’ dominju se jerġa’ jkun disponibbli għar-reġistrazzjoni fil-ħin. 

 

Sabiex issir taf aktar fuq APEWS, jekk jogħġbok ikkonsulta l-pubblikazzjonijiet xjentifiċi li ġejjin (disponibbli bl-Ingliż biss):

 

  • Detection of Algorithmically Generated Domain Names used by Botnets: A Dual Arms Race.
  • Exploring the Ecosystem of Malicious Domain Registrations in the .eu TLD
  • Assessing the Effectiveness of Domain Blacklisting Against Malicious DNS Registrations.
  • An Operational Solution for DNS Registries to Prevent Malicious Domain Registrations

Jekk għandek xi mistoqsijiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali fuq EURid, jekk jogħġbok agħti ħarsa aktar fid-dettall lejn il-Politika dwar il-Privatezza tagħna.

 

Sabiex tipproteġi l-utenti aħħarin minn użu mhux xieraq possibbli tal-ismijiet ta’ dominju assoċjati mal-pandemija attwali tal-COVID-19, EURid aġġornat is-sistema APEWS sabiex titwettaq verifika addizzjonali fuq l-ismijiet ta’ dominju rreġistrati ġodda li fihom kliem ewlieni relatat mal-pandemija. Bi qbil mal-Kummissjoni Ewropea, dawn il-verifiki se jitwettqu sal-1 ta’ Settembru 2021.

 

Id-detenturi tal-ismijiet ta’ dominju .eu, .ею, or .ευ li fihom dan il-kliem ewlieni se jiġu meħtieġa jikkonfermaw id-data ta’ reġistrazzjoni tagħhom u jissottomettu dikjarazzjoni sabiex jikkonfermaw li l-isem ta’ dominju tagħhom ġie rreġistrat bil-bona fidi. Dan għandu jsir fi żmien sebat (7) ijiem kalendarji permezz tal-portal sigur https://my.eurid.eu. Informazzjoni iktar iddettaljata dwar il-verifiki tal-COVID-19 tista’ tinsab hawn. 

 

 

Proġett Kun Af lill-Klijent tiegħek

L-għan tal-implimentazzjoni tagħna tal-proġett Kun Af lill-Klijent tiegħek hija sabiex tippermetti lid-detenturi tal-ismijiet ta’ dominju mill-Unjoni Ewropea u miż-Żona Ekonomika Ewropea jikkonfermaw id-data ta’ reġistrazzjoni tagħhom b’mod awtomatizzat bl-użu ta’ wieħed mill-metodi disponibbli għalihom fuq il-portal tal-EURid https://my.eurid.eu . Il-metodi li huma disponibbli bħalissa huma deskritti f’iktar dettall hawn taħt. Dan is-servizz iħaffef il-proċess ta’ verifika tad-data ta’ reġistrazzjoni u jtaffi l-piż amministrattiv għad-detenturi tal-isem ta’ dominju. 

 

Verifika permezz ta’ karta ta’ identità elettronika (eID)

(Bħalissa għad-detenturi tal-isem ta’ dominju b’karta tal-identità elettronika Belġjana biss)


Id-dokumenti tal-identità elettroniċi qedgħin malajr isiru l-istandard fi ħdan l-Unjoni Ewropea grazzi għall-iskema eIDAS, li tiżgura li n-nies u n-negozji jkunu jistgħu jużaw l-identitajiet elettroniċi (eIDs) tagħhom stess sabiex jaċċessaw is-servizzi pubbliċi minn stati membri oħra tal-UE).


Dan il-metodu ta’ verifika juża ċ-ċippa fuq id-dokument tal-identità Belġjan u qarrej tal-kard sabiex jaqra l-informazzjoni tal-isem u tal-indirizz. Id-detentur tal-isem ta’ dominju jiffirma b’mod diġitali d-data tiegħu sabiex jikkonferma d-data ta’ reġistrazzjoni tiegħu b’mod sigur u istantanju. 


L-EURid tippjana li tvara dan is-servizz ta’ identifikazzjoni elettronika lil Stati Membri tal-UE oħrajn b’mod kosteffettiv.

Verifika permezz ta’ skennjar MRZ u SMS

Għal detenturi tal-isem ta’ dominju b’mowbajl u dokument ta’ identità b’ Parti li Tinqara minn Magna minn wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja.

Il-maġġoranza tad-dokumenti uffiċjali tal-identità jew tal-ivvjaġġar għandhom Parti li Tinqara minn Magna (MRZ) b’informazzjoni kodifikata relatata mad-data personali (bħall-isem sħiħ, il-pajjiż ta’ ċittadinanza u n-numru tad-dokument). Id-detentur tal-isem ta’ dominju l-ewwel idaħħal in-numru tal-mowbajl tiegħu u jirċievi messaġġ ta’ test li fih ħolqa unika. Din il-ħolqa tiftaħ applikazzjoni żviluppata ġdida li tiggwida d-detentur tal-isem ta’ dominju matul il-proċess ta’ skennjar tal-Parti li Tinqara minn Magna tad-dokument ta’ identità tagħhom. L-ebda data ma toħroġ mill-mowbajl sakemm l-utent ma jikkonfermahiex. Dan il-metodu ta’ verifika huwa appoġġjat fl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Verifikazzjoni permezz ta’ trasferimenti bankarji

Għal detenturi tal-isem tad-dominju b’kont bankarju validu rreġistrat taħt l-istess persuna u indirizz bħala l-isem tad-dominju f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja.

Detenturi tal-isem tad-dominju li jixtiequ jiksbu Dikjarazzjoni ta’ Detentur jistgħu jikkonfermaw id-data tar-reġistrazzjoni billi jittrasferixxu ammont żgħir (inqas minn Euro) direttament lill-kont bankarju tal-EURid. It-trasferiment tal-bank għandu jkollu kodiċi ta’ sitt ċifri, li huwa viżibbli meta tagħżel dan il-metodu fuq il-portal my.eurid.eu. Hekk kif jasal il-pagament, EURid se jikkumpara l-isem u l-indirizz mid-detentur tal-kont bankarju bl-informazzjoni tad-detenturi tal-isem tad-dominju. Jekk l-informazzjoni taqbel, id-Dikjarazzjoni ta’ Detentur tinħareġ awtomatikament.

Id-detenturi tal-isem tad-dominju li ġew mistoqsija jikkonfermaw id-data tar-reġistrazzjoni, issa se jkollhom l-għażla li jagħmlu dan billi jirċievu pagament bankarju żgħir (inqas minn Euro) minn EURid. Dan il-metodu ta’ verifika huwa disponibbli għad-detenturi tal-isem tad-dominju kollha li għandhom kont bankarju f’EUR miftuħ f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, jew in-Norveġja. EURid se jagħmel pagament żgħir, li jinkludi kodiċi ta’ sitt ċifri. Wara li tirċievi dan il-pagament, id-detentur tad-dominju jilloggja fi my.eurid.eu u jdaħħal il-kodiċi biex jikkonferma d-data tar-reġistrazzjoni.

Proċess bi tliet stadji

Detenturi tal-isem ta’ dominju li huma meħtieġa jivverifikaw id-data ta’ reġistrazzjoni tagħhom permezz tal-metodi stabbiliti hawn fuq għandhom 3, 7, jew 14-il jum biex jagħmlu dan, skont iċ-ċirkostanzi tat-talba għall-verifika.

 

1.    L-ewwel, id-detenturi tal-isem ta’ dominju se jiġu mitluba permezz ta’ email sabiex jikkonfermaw id-data ta’ reġistrazzjoni marbuta mal-isem (ismijiet) ta’ dominju tagħhom. Jistgħu jagħmlu dan permezz tal-portal https://my.eurid.eu fi żmien 24 siegħa mir-riċeviment tal-ħolqa. L-individwi privati jistgħu wkoll ilestu l-proċess ta’ verifika bħala rappreżentanti ta’ kumpanija jew assoċjazzjoni
 

2.    Meta jkunu illoggjati fil-portal https://my.eurid.eu , id-detenturi tal-isem ta’ dominju jistgħu jagħżlu mill-metodi disponibbli sabiex jivverifikaw id-data ta’ reġistrazzjoni tagħhom. 

 

3.  Jekk l-evidenza sottomessa mid-detentur tal-isem ta’ dominju hija identika għad-data ta’ reġistrazzjoni, l-isem ta’ dominju se jiġi attivat. Jekk l-evidenza ma taqbilx mad-data ta’ reġistrazzjoni, l-EURid se twettaq verifika manwali.
.

EURid
EURid
EURid
  • Aċċessibilità
  • Repożitorju tad-Dokumenti
  • FAQ
  • Glossarju
  • Avviż legali
  • Politika dwar il-privatezza
  • Formola għat-talba ta’ aċċess għad-data
  • Statuti ta’ Assoċjazzjoni
  • Politika tal-Iżvelar Responsabbli tal-EURid
FAQ Ikkuntattjana
  • Instagram EUregistry
  • Facebook EUregistry
  • Linkedin eurid
  • Twitter eurid
  • Youtube eurid
EMAS ISO ISO
2005 - 2022 EURid VZW. All Rights Reserved
Mappa tas-sit