Tilwim fuq ismijiet ta' dominji

Ikkuntattja detentur ta’ isem ta’ dominju

Jekk inti trid tikkuntattja detentur partikulari ta’ isem ta’ dominju, inti tista’ tikseb id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom mill-WHOIS ibbażata fuq l-internet.

Fittex riżultati għal kumpaniji vs persuni privati

Jekk id-detentur huwa kumpanija jew organizzazzjoni, inti se tara l-isem tal-kumpanija/tal-organizzazzjoni, il-belt, il-pajjiż, l-indirizz tal-email, u l-lingwa ppreferuta għall-korrispondenza.

Jekk id-detentur huwa persuna privata, inti se tara biss l-indirizz tal-email tiegħu/tagħha u l-lingwa ppreferuta għall-korrispondenza. Id-data personali kollha l-oħra hija moħbija għal raġunijiet ta’ privatezza.

Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok iċċekkja l-Politika tal-WHOIS tagħna.

Rikjesta għal dettalji personali

Jekk għandek xi raġuni leġittima biex tikseb iktar dettalji ta’ kuntatt għajr dawk ipprovduti mill-WHOIS ibbażata fuq l-internet, imla l- formola tar-rikjesta u ibgħatha b’email lil [email protected] (jew b’fax lil +32 2 401 27 51).  Ir-rikjesta tiegħek trid tispjega għaliex int għandek bżonn id-dettalji ta’ kuntatt tad-detentur u kif ser tużahom.

L-iżvelar ta’ data personali huwa mmaniġġjat fuq bażi tal-Politika dwar il Privatezza.

Ikkuntesta isem ta’ dominju

Jekk inti trid tikkuntesta reġistrazzjoni ta’ isem ta’ dominju (taħt .eu jew il-varjanti tiegħu f’kitbiet oħra) u taħseb li:

  • għandek prijorità għad-dritt tal-isem ta’ dominju (pereżempju, inti għandek pussess ta’ trademark, isem kummerċjali, isem ta’ kumpanija, isem ta’ familja eċċ); u
  • id-detentur kurrenti rreġistra jew juża l-isem ta’ dominju għal raġunijiet spekulattivi jew abbużivi,

inti tista’ tikkuntesta r-reġistrazzjoni tiegħu permezz tal-proċedura tar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim Alternattiva (ADR) jew f’qorti regolari.

X’inhi proċedura tal-ADR?

ADR huwa l-mezz alternattiv biex wieħed isib soluzzjoni għat-tilwim dwar ismijiet ta’ dominji. Ħafna nies jagħżlu li jsibu soluzzjoni għat-tilwim bl-ADR għax ġeneralment huwa metodu iktar ta’ malajr u iktar konvenjenti minn proċedura fil-qorti konvenzjonali.

ADR għal ismijiet ta’ dominji .eu (jew il-varjanti tiegħu f’kitbiet oħra) huwa offrut minn u jista’ jiġi mibdi minn dawn il-fornituri tal-ADR:

 

The Czech Arbitration Court (CAC)

The WIPO Arbitration and Mediation Center (WIPO Center)

 

Każijiet ta’ ADR

  • Jistgħu jiġu mibdija mingħajr l-għajnuna ta’ rappreżentant legali.
  • Jiġu segwiti fuq l-internet u bl-email, allura wieħed m’għandux bżonn jivvjaġġa.
  • Huma riżolti minn membri ta’ panel indipendenti, u mhux minn imħallef. Il-membri tal-panel ħafna drabi jkunu esperti dwar il-proprejtà intellettwali.
  • Normalment iseħħu fil-lingwa tad-detentur tal-isem ta’ dominju (kif spjegat fil-WHOIS) sakemm il-ftehim ma jkunx mod ieħor. Bħala persuna li ressqet l-ilment, inti tista’ titlob bidla għal lingwa uffiċjali tal-.eu oħra. Il-persuni fuq il-panel huma dawk li jiddeċiedu jekk din ir-rikjesta tkunx milqugħa, imma jistgħu jkunu japplikaw xi miżati.
  • Jieħdu, bejn wieħed u ieħor, erba’ xhur biex jiġu riżolti.
  • Mil-lat ekonomiku, huwa opzjoni iktar vijabbli milli proċeduri bil-qorti konvenzjonali.

L-ispejjeż ta’ ADR

L-ispejjeż ivarjaw u jiddependu min-numru tal-membri tal-panel u n-numru ta’ ismijiet ta’ dominji li inti trid tikkontesta.

Għal lista kompluta tal-miżati jekk jogħġbok ara s-sit web rispettiv tal-fornitur tal-ADR:

Għal CAC: http://eu.adr.eu/adr/fees/index.php

Għal WIPO Center: https://www.wipo.int/amc/en/domains/fees/cctlds/eu/index.html

Kif tibda proċedura tal-ADR?

Hemm ftit passi biss biex tibda proċedura Risoluzzjoni tat-Tilwim Alternattiva (ADR).

Hemm ftit passi biss biex tibda proċedura tar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim Alternattiva (ADR).

1. Agħżel Fornitur

Biex tibda każ jew proċedura, agħżel il-fornitur tal-ADR tiegħek.

2. Ressaq it-Tilwima

Ladarba tkun għażilt fornitur tal-ADR, tista’ tressaq it-tilwima tiegħek permezz tas-sit web tiegħu. Waqt dan il-proċess inti trid tagħti d-dettalji tat-tilwima u l-argumenti li huma ta’ prova għall-każ tiegħek. Ikollok ukoll iċ-ċans biex tehmeż evidenza rilevanti għall-każ tiegħek.

3. Stenna għad-Deċiżjoni

Id-deċiżjoni tal-membri tal-panel tkun bil-kitba u tiġi kkomunikata lilek fi tliet ġranet ta’ xogħol wara li l-Panel ikun laħaq deċiżjoni.

X'jiġri wara li proċedura tal-ADR tkun ġiet kompluta?

Jekk inti tirbaħ il-każ tiegħek:

  • Jekk inti eliġibbli biex tirreġistra ismijiet ta’ dominji taħt .eu jew il-varjanti tiegħu f’kitbiet oħra, ir-reġistrazzjoni tal-isem ta’ dominju jiġi ttrasferit lilek wara perjodu ta’ appell ta’ 30 jum tal-kalendarju.
  • Jekk inti m'intix eliġibbli biex tirreġistra ismijiet ta' dominji taħt .eu, jew il-varjanti tiegħu f’kitbiet oħra, ir-reġistrazzjoni tiġi mħassra u l-isem jerġa’ jkun disponibbli għar-reġistrazzjoni ġenerali wara perjodu ta’ 30 jum tal-kalendarju.

Jekk inti titlef il-każ tiegħek:

  • Is-sentenzi tal-ADR huma kkonsidrati bħala legalment vinkolanti sakemm inti ma tiddeċidix li tappella d-deċiżjoni permezz ta’ qorti regolari qabel ma jgħaddu 30 jum tal-kalendarju.