Aqbeż għall-kontenut ewlieni

It-Timeline tal-EURid

1999

Il-kunsill Ewropej jiddiskuti dominju tal-għola livell wieħed għall-Ewropa

April 2002

Il-.eu bdiet wara li sseħħet regola tal-Parlament u Kunsill Ewropej (Regulation (EC) No 733/2002)

April 2003

EURid taqa’ taħt il-liġi Belga

Mejju 2003

Il-EURid hija nominata mill-Kummissjoni Ewropea bħala r-reġistru tal-.eu wara li nħareġ tender

April 2004

Il-kummissjoni Ewropea tniżżel r-regoli tal-politika pubblika għall-.eu (Regulation (EC) No 874/2004)

Mejju 2005

.eu tiġi miżjuda mar-root zone tal-Internet’s Domain Name System (DNS)

Diċembru 2005

EURid tibda taċċetta applikazzjonijiet għal ismijiet ta’ dominji .eu minn għand min għandu dritt prioritarju (Perijodu Sunrise)

April 2006

Fis-7 ta’ April ir-reġistrazzjonijiet għal-.eu jinfetħu. Hemm miljun reġistrazzjonijiet l-ewwel ġurnata (il-perijodu Landrush)

Diċembru 2009

.eu tappoġġa l-kitba tal-lingwi uffiċjali tal-UE kollha billi tippermetti Internationalised Domain Names (IDNs)

Ġunju 2010

.eu twettaq Domain Name System Security Extensions (DNSSEC), standard tas-sigurtà tal-Internet

Settembru 2010

.eu issir waħda mid-dominji tal-għola livell l-iktar protett bi DNSSEC chain of trust komplut

April 2011

EURid tiċċelebra ħames snin ta’ suċċess ta’ reġistrazzjoni ta’ ismijiet ta’ dominji .eu u tibda toffri reġistrazzjonijiet għal numru ta' snin (għal sa għaxar snin)

Mejju 2012

EURid issir l-ewwel reġistru TLD Ewropej biex takkwista ċ-ċertifikazzjoni EU Eco-Management and Audit Scheme (EMAS)

Ġunju 2012

EURid tvara YADIFA, open-source name server mgħaġġel, sigur u affidabb

Ottobru 2013

EURid tirċievi l-premju CENTR għall-EURid Co-Funded Marketing Programme, EURid tikseb iċ-ċertifikazzjoni ISO27001 tagħha

Jannar 2014

Il-.eu testendi eliġibbiltà tal-.eu lill-Islanda, Norveġja w l-Liechtenstein

April 2014

EURid hija konfermata bħala l-maniġer tar-reġistru .eu għall-5 snin li ġejjin wara li kien hemm rikjesta mill-EC għall-espressjjoni tal-interessi

Novembru 2015

EURid tibda l-proċess ta’ delegazzjoni għall-.eu bil-kitba Ċirilliku

Ġunju 2016

L-estensjoni .eu fil-kitba Ċirillika (.ею) kienet ġiet varata

Lulju 2016

EURid u EUIPO jiffirmaw ittra ta’ kollaborazzjoni

Diċembru 2016

EURid u Europol jingħaqdu flimkien biex jiġġieldu ċ-ċiberkriminalità

Otturbu 2017

EURid jirbaħ ir-reġistru tas-sena fil-Premjijiet CENTR tal-2017

Ġunju 2018

EURid u IACC jingħaqdu flimkien biex jiġġieldu ċ-ċiberkriminalità

Settembru 2018

L-MtQ ma’ TaC International jiġi mġedded

Ottubru 2018

EURid jirnexxilu jġedded iċ-ċertifikazzjoni EMAS sal-2021

Novembru 2018

EURid jorganizza l-Ħames edizzjoni tal-kompetizzjoni għall-Premjijiet tal-Web .eu

Diċembru 2018

Intlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-UE għar-Regolament il-ġdid .eu TLD

April 2019

Il-Kuntratt ta’ Konċessjoni ta’ Servizz tal-EURid u tal-KE ġie estiż sa’ Ottubru 2022

Mejju 2019

EURid u EUIPO saħħew il-kollaborazzjoni tagħhom

Ġunju 2019

.eu fil-kitba Griega rċeviet l-awtorizzazzjoni bil-proċedura ICANN IDN ccTLD Fast Track

Ottubru 2019

Introduzzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà liċ-ċittadini li joqogħdu f’pajjiżi mhux fl-UE

Ottubru 2019

EURid jirbaħ ir-reġistru tas-sena fil-Premjijiet CENTR tal-2019

Novembru 2019

Titnieda l-estensjoni .eu fil-kitba Griega (.ευ)

Diċembru 2019

Tnediet is-Sistema tat-Tbassir tal-Abbużi u ta' Twissija Bikrija (APEWS)

Frar 2020

Ir-rapport tal-KE lill-Parlament u lill-Kunsill juri lill-EURid bħala reġistru effettiv u affidabbli

Mejju 2020

Iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni għal .RU/.РФ sar imsieħeb tar-Rapport Dinji tal-EURid tal-UNESCO annwali dwar l-IDNs

Settembru 2020

F’kooperazzjoni ma’ Youth IGF, EURid iwaqqaf Kumitat taż-Żgħażagħ

Settembru 2020

EURid nieda Il-Koalizzjoni Dinamika dwar id-Data u l-Fiduċja (DC-DT)

Frar 2021

EURid issieħeb fil-proġett Global Cyber Alliance for the Domain Trust

Marzu 2021

EURid implimenta l-proġett Kun Af lill-Klijent Tiegħek (KYC)

Mejju 2021

EURid huwa l-ewwel TLD li b’suċċess issieħeb fil-proġett No More Ransom (NMR)

Ġunju 2021

EURid ġedded b’suċċess ir-reġistrazzjoni tal-EMAS sal-2023

Ġunju 2022

Il-EURid jiffirma Kuntratt ta' Konċessjoni ta' Servizz ġdid mal-Kummisjoni Ewropea

Ġunju 2022

Il-EURid u l-ICANN iffirmaw MtQ sabiex isaħħu l-isforzi fil-promozzjoni tal-multilingwiżmu u l-inklużjoni fuq l-Internet 

Ottubru 2022

Il-EURid u l-EUIPO ffirmaw MtQ fejn jimpenjaw ruħhom biex jingħaqdu flimkien sabiex iqajmu kuxjenza dwar it-trademarks u l-ismijiet ta' dominju

Novembru 2022

Il-EURid qed jorganizza l-ewwel Jum tal-.eu b'5 Masterclasses tal-Akkademja .eu, flimkien mad-disa' ċerimonja tal-.eu Web Awards

Diċembru 2022

Il-EURid iġedded ir-reġistrazzjoni tal-EMAS tiegħu sal-2024

April 2023

Il-EURid iniedi l-10 kompetizzjoni annwali tal-.eu Web Awards 

Mejju 2023

Il-EURid jintroduċi l-WebClass - soluzzjoni għat-tagħlim tal-magni avvanzat għall-kategorizzazzjoni tal-web 

Novembru 2023

Il-EURid qed jorganizza t-tieni Jum tal-.eu b'3 Masterclasses tal-Akkademja .eu, flimkien mal-għaxar ċerimonja tal-.eu Web Awards