(*)
-
.ευ (.eu bil-Grieg)
Ir-reġistratur joffri l-verżjoni bil-kitba Griega tad-dominju tal-ogħla livell .eu.
-
.ею (.eu fiċ-Ċirilliku)
Ir-reġistratur joffri l-verżjoni bil-kitba Ċirillika tad-dominju tal-ogħla livell .eu.
-
Appoġġ għall-Klijenti 24/7
Ir-reġistratur joffri appoġġ kontinwu barra mis-sigħat tal-uffiċċju regolari.
-
Reġistrazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza
Ir-reġistratur joffri servizzi ta’ reġistrazzjoni liċ-ċittadini tal-UE irrispettivament mill-pajjiż ta’ residenza tagħhom.
-
DNSSEC
Ir-reġistratur joffri Estensjonijiet tas-Sigurtà tas-Sistema tal-Ismijiet tad-Dominju (DNSSEC), li huwa protokoll tas-sigurtà tal-Internet li jgħin biex jitnaqqas ir-riskju li viżitaturi ta’ sit tal-Internet .eu jittieħdu lejn siti tal-Internet foloz.
-
Ċertifikazzjonijiet Ambjentali
Ir-reġistratur jimplimenta politiki u prattiki ekoloġiċi.
-
IDNs Qabel it-Tikka
Ir-reġistratur joffri Ismijiet tad-Dominju Internazzjonalizzat (IDNs), li jista’ jkun fihom karattri minn kwalunkwe kitba tal-lingwi uffiċjali tal-UE QABEL l-estensjoni .eu.
-
Reġistrazzjonijiet Multiannwali
Ir-reġistratur joffri l-possibilità li jiġi rreġistrat isem tad-dominju .eu, .ею jew .ευ għal mhux iżjed minn għaxar snin.
-
Registrar Lock
Ir-reġistratur joffri Registrar Lock li huwa servizz li jnaqqas bidliet u tħassir mhux intenzjonati, iżda l-isem ta’ dominju xorta jista’ jiġi ttrasferit.
-
Registry Lock
Ir-reġistratur joffri Registry Lock, li huwa servizz li jnaqqas il-potenzjal għal bidliet, tħassir jew trasferimenti mhux intenzjonati fuq isem tad-dominju.
-
Website Building services
The registrar provides tools and services for domain name holders to create and manage websites.
-
Promotur attiv
Ir-reġistratur huwa abbonat mal-inċentivi ta’ reġistrazzjoni ġodda tal-EURid.