Aqbeż għall-kontenut ewlieni
Jiena holder ta’ isem ta’ dominju

Għaliex l-isem ta’ dominju tiegħi qiegħed fi kwarantina? Kif nista’ nreġġgħu lura?

L-isem ta’ dominju tiegħek huwa fi kwarantina għax kien ġie kkanċellat. Ismijiet jitqiegħdu fi kwarantina għal 40 ġurnata, imma jistgħu jiġu riattivati fi kwalunkwe waqt matul il-kwarantina. Waqt il-perijodu ta’ kwarantina, siti tal-internet jew indirizzi ta’ e-mail marbuta mal-ismijiet ta’ dominji ma jaħdmux iktar. Meta l-perijodu ta’ kwarantina jkun għadda, l-ismijiet ta’ dominji jiġu rilaxxati u jistgħu jiġu rreġistrati minn kwalunkwe persuna fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel

 

Biex tirriattiva l-isem ta’ dominju tiegħk qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ kwarantina tiegħu, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-reġistratur tiegħek. Alternattivament, inti tista’ tittrasferixxi d-dominju tiegħek lil reġistratur ġdid biex jirriattiva l-isem ta’ dominju tiegħek. Jekk jogħġbok ikkonsulta mar-reġistratur tiegħek dwar l-ispejjeż relatati.

 

Hemm tliet raġunijiet għaliex isem ta’ dominju jista’ jiġi mħassar:

- id-detentur tal-isem ta’ dominju ma jridx iżjed l-isem. F’dan il-każ, il-kwarantina ta’ 40 ġurnata sservi bħala perijodu fejn wieħed jerġa jaħsibha. L-isem jista’ jiġi riattivat fil-perijodu ta’ kwarantina jekk id-detentur tal-isem ta’ dominju jiddeċiedi li wara kollox irid iżomm l-isem.

- id-detentur tal-isem ta’ dominju ma ħallasx il-miżata għat-tiġdid u r-reġistratur tiegħu kellu jħassar l-isem minħabba pagament li ma sarx fil-ħin. Wara 40 ġurnata fi kwarantina l-isem ta’ dominju jiġi rilaxxat għar-reġistrazjoni ġenerali fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, sakemm id-detentur ma jiddeċidix li jirriattivah qabel.

- l-isem ta’ dominju ġie rrevokat minn EURid minħabba li d-detentur tal-isem ta’ dominju ma laħaqx il-kriteri ta’ eliġibbiltà. Ismijiet ta’ dominji rrevokati jistgħu jiġu riattivati biss mill-EURid.