Aqbeż għall-kontenut ewlieni
Jiena holder ta’ isem ta’ dominju

Lil min nista’ nikkuntattja jekk għandi mistoqsijiet dwar l-isem ta’ dominju tiegħi?

Inti għandek tikkuntattja lir-reġistratur tiegħek.

 

Jekk ma tafx id-dettalji ta’ kuntatt tar-reġistratur tiegħek, daħħal l-isem ta’ dominju tiegħek fis-search box tal-WHOIS biex taċċedi d-data għar-reġistrazzjoni tad-dominju tiegħek, li tinkludi d-dettalji ta’ kuntatt tar-reġistratur tiegħek.

 

Jekk jogħġbok innota li r-reġistraturi akkreditati xi kultant jikkooperaw ma’ sottokuntratturi jew intermedjarji biex joffru servizzi ta’ reġistrazzjoni ta’ ismijiet ta’ dominji lill-pubbliku. Madankollu, reġistraturi akkreditati biss jistgħu jaċċedu għas-sistemi ta’ reġistrazzjoni u jidhru għaldaqstant   fil-WHOIS ibbażata fuq l-internet. Ir-reġistratur li fl-aħħar aċċeda s-sistemi ta’ reġistrazzjoni biex jirreġistra l-isem ta’ dominju tiegħek normalment jidher fil-WHOIS ibbażata fuq l-internet. Madankollu, id-data dwar ir-rivenditurtista’ tidher ukoll fil-WHOIS output bħala “reseller contact”.