Aqbeż għall-kontenut ewlieni
Inkjesti tekniċi u ta’ privatezza

X’hinu homoglyph bundling? Il-EURid toffrih?

Ismijiet ta’ dominji jistgħu jidhru simili ta’ xulxin, skont l-iskritta u l-font li jintużaw. Fil-fatt ċertu karattri jew glyphs għandhom forma li jistgħu jidhru identiċi jew jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu distinti mad-daqqa t’għajn. Ismijiet ta’ dominji huma kkunsidrati homoglyphs ta’ xulxin jekk il-karattri kollha ta’ isem ta’ dominju wieħed huma homoglyphs tal-karattri kollha tal-ismijiet ta’ dominji l-oħra, fil-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom.

 

Homoglyph Bundle huwa sett ta’ ismijiet ta’ dominji li huma kollha homoglyphs ta’ xulxin.

 

Ċertu reġistri adottaw politiki biex jimmaniġġjaw homoglyph bundles. L-approċċ tal-EURid huwa li tiżgura li ladarba isem ta’ dominju minn ċertu homoglyph bundle huwa rreġistrat, mhuwiex possibbli li jiġi rreġistrat xi isem ta’ dominju ieħor li huwa tal-istess bundle.

 

L-iskop ta’ dan l-approċċ huwa biex inaqqas ir-riskju ta’ konfużjoni li jirriżulta minn ismijiet ta’ dominju li forsi jidhru simili ta’ xulxin.

 

EURid introduċiet l-isem ta’ dominju .ею (.eu fil-kitba Ċirillika) fl-1 ta’ Ġunju 2016 u l-isem ta’ dominju .ευ (.eu fil-kitba Griega) fl-14 ta’ Novembru 2019. Mit-tnedija tal-isem ta’ dominju .ею, il-EURid inforza r-regola bażika li l-kitba tat-tieni livell għandha tkun taqbel mal-kitba tal-ogħla livell. Mis-16 ta’ Ottubru 2019, l-ismijiet ta’ dominju Ċirilliċi m’għadhomx affettwati mill-proċedura tal-homoglyph bundle. Dan huwa spjegat permezz tal-fatt li l-estensjoni Ċirillika ma tistax twassal għal tfixkil viżiv meta l-ismijiet ta’ dominju Ċirilliċi jitqabblu mal-ismijiet ta’ dominju Griegi jew Latini.

 

Ta’ min jinnota li l-EURid qatt ma ħalliet script mixing mindu ġew imnedija IDNs sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-preżenza ta’ ismijiet ta’ dominji simili li jistgħu jitfixklu ma’ xulxin.