Aqbeż għall-kontenut ewlieni
Inkjesti tekniċi u ta’ privatezza

Jiena rċivejt email mingħand EURid li qed titlob sabiex nikkonferma d-data ta’ reġistrazzjoni tiegħi. X’għandi nagħmel?

Biex jiġġieled kontra l-użu frawdolenti tal-ismijiet tad-dominju, EURid regolarment iwettaq kontrolli fuq id-data tar-reġistrazzjoni, u, fl-aħħar mill-aħħar, jista’ jistiednek tipprovdi evidenza tal-korrettezza tagħha permezz tal-kont My .eu tiegħek.

 

Jekk irċevejt email minn EURid ([email protected]) titolbok tivvalida l-identità u/jew id-dettalji ta’ kuntatt tiegħek, jekk jogħġbok segwi dawn il-passi:

 

  • Jekk jogħġbok innota l-iskadenza speċifikata fit-talba billi tista’ tvarja minn tlett (3) ijiem, sa sebat (7) ijiem, sa erbatax (14)-il jum kalendarju. Huwa importanti li inti tissottometti l-informazzjoni mitluba matul il-perijodu ta’ żmien deżinjat.
  • Mur fil-kont “My .eu”. Daħħal l-isem tad-dominju u l-indirizz tal-email tiegħek, ikklikkja fuq “Itlob kodiċi ta’ aċċess”. Daħħal il-kodiċi mibgħut fl-indirizz tal-email tiegħek u kklikkja fuq “Login”. Jekk jogħġbok innota li l-kodiċi ta’ aċċess mibgħut lill-indirizz tal-email tiegħek jista’ jintuża darba biss u jiskadi wara sagħtejn minn meta tirċevih.
  • Malli tilloggja fil-kont “My .eu” tiegħek, issib bosta metodi disponibbli sabiex tivverifika d-data tar-reġistrazzjoni tiegħek. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq il-paġna ta’ My .eu.
  • Jekk, matul il-proċess ta’ verifika, tintalab ittella’ evidenza dokumentata, jew għażilt dan il-metodu biex tivvalida d-data tiegħek, ikklikkja fuq “Ibgħat” wara li ttella’ d-dokumenti tiegħek.
  • Jekk id-data pprovduta permezz tal-metodu ta’ verifika magħżul tiegħek taqbel mad-data tar-reġistrazzjoni, il-proċedura ta’ verifika tista’ tiġi konkluża u l-isem tad-dominju tiegħek jiġi attivat, jekk meħtieġ. Jekk jogħġbok innota li l-EURid jista’ jkollu bżonn iwettaq kontroll manwali sabiex jivverifika d-data tiegħek, b’hekk l-isem ta’ dominju tiegħek jista’ ma jiġix attivat immedjatament wara li tissottometti l-evidenza tiegħek.
  • Jekk tintalab speċifikament tikkonferma li rreġistrajt l-isem/ismijiet tad-dominju tiegħek in bona fide, jekk jogħġbok ikkonferma billi timmarka l-kaxxa “Nikkonferma...” fuq il-pjattaforma My .eu.

Meta nibdew kontroll ta’ verifika tad-data tiegħek, l-istatus tal-isem tad-dominju tiegħek jista’ juri wieħed mill-istati li ġejjin:

  • “Hold tas-Server” li jfisser li d-dominju tiegħek jinsab temporanjament mhux attiv (jiġifieri kwalunkwe sit web u/jew email marbut miegħu ma jaħdmux) minħabba li jinsab taħt investigazzjoni interna;
  • “Mneħħi” li jfisser li l-isem ta’ dominju m’għadux irreġistrat u qed jistenna r-riżultat ta’ investigazzjoni interna. 

 Jekk tixtieq tirċievi aktar informazzjoni dwar il-każ tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana billi twieġeb għall-email li rċevejt mill-indirizz tal-email: [email protected].