Dwarna
Il-viżjoni tagħna hija li nappoġġjaw is-Suq Uniku Diġitali Ewropew billi naħdmu b’mod attiv biex niżguraw ambjent .eu affidabbli u biex nippermettu multilingwiżmu online.
Aħna nifhmu li s-sigurtà hija element importanti fundamentali tan-negozju tagħna. Bħala tali, EURid ġie ċċertifikat għall-istandard ta’ sigurtà ISO 27001 mill-2013, japplika protokolli ta’ sigurtà tal-istandard tal-industrija, u jaħdem mill-qrib ma’ awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Barra minn hekk, aħna żviluppajna APEWS (Sistema ta’ Twissija Bikrija għall-Prevenzjoni tal-Abbuż) biex nipprovdu livell ogħla ta’ kwalità u ta’ sigurtà għall-ismijiet ta’ dominju tagħna.
Aħna impenjati wkoll li naħdmu b’mod sostenibbli, u dan jagħmilna l-ewwel reġistru TLD Ewropew li kiseb ir-reġistrazzjoni tal-Iskema ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS) tal-UE.
Agħti ħarsa lejn l-iskeda ta’ żmien storika tagħna biex tiskopri aktar dwar il-bidu eċitanti u l-iżvilupp dinamiku tagħna. Il-ġabra tagħna ta’ stejjer ta’ suċċess tinkludi xi eżempji ewlenin dwar kif individwi u kumpaniji qed igawdu mill-benefiċċji tal-għażla ta’ .eu jew il-varjanti tiegħu f’kitbiet oħrajn bħala l-identità online tagħhom.
It-tim
Is-suċċess tagħna huwa possibbli bis-saħħa tat-tim multikulturali u multilingwi li jaħdem għall-partijiet interessati kollha tagħna. Il-motivazzjoni għall-kwalità u l-missjoni li jinħoloq spazju online affidabbli għall-Ewropej kollha huma dak li jgħaqqadna.
Il-kwartieri ġenerali tagħna jinsabu fi Diegem, il-Belġju, b’uffiċċji reġjonali f’Pisa, Praga u Stokkolma.
Jekk inti persuna b’għarfien u esperjenza, b’empatija u kreattività, b’entużjażmu dimostrabbli biex ittejjeb id-dinja diġitali, agħti ħarsa lejn il-postijiet tax-xogħol vakanti hawn taħt u ngħaqad mat-tim tagħna.
Lista ta’ pożizzjonijiet vakanti.
Premjijiet

CENTR
L-Aqwa Programm ta’ Kummerċjalizzazzjoni 2013 - Programm ta’ Kummerċjalizzazzjoni Ko-Finanzjat tagħna

CENTR
Reġistru tas-Sena 2017, determinat permezz ta’ vot mir-Reġistraturi

CENTR
Reġistru tas-Sena 2019, determinat permezz ta’ vot mir-Reġistraturi

eco://awards
Fil-kategorija “Isem ta’ dominju" – għall-applikazzjoni APEWS tagħna