Aqbeż għall-kontenut ewlieni

Tilwim fuq ismijiet ta' dominju

Jekk għandek talba fuq isem ta’ dominju .eu, .ею jew .ευ jew jekk trid tikkontesta r-reġistrazzjoni eżistenti tiegħu, tista’ tagħmel dan li ġej:

Ikkuntattja detentur ta’ isem ta’ dominju

Jekk għandek kwistjoni b’isem ta’ dominju .eu partikolari u trid tikkuntattja lid-detentur tiegħu, tista’ ssib id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom fuq il-WHOIS ibbażata fuq l-internet tagħna.

Riżultati tal-WHOIS ibbażati fuq l-Internet għal kumpaniji vs persuni privati

Jekk id-detentur tal-isem ta’ dominju huwa entità legali, inti se tara l-isem tar-reġistrazzjoni, l-indirizz (il-belt, il-pajjiż)tiegħu, kif ukoll l-indirizz tal-email tiegħu, u l-lingwa preferuta għall-korrispondenza.

Jekk id-detentur tal-isem ta’ dominju huwa persuna fiżika, inti se tara biss l-indirizz tal-email tiegħu/tagħha u l-lingwa preferuta għall-korrispondenza. Id-data personali kollha l-oħra hija moħbija għal raġunijiet ta’ privatezza.

Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok iċċekkja l- Politika tal-WHOIS tagħna.

Rikjesta għal żvelar ta’ dettalji personali

Jekk għandek xi raġuni leġittima biex tikseb iktar dettalji ta’ kuntatt tad-detentur tal-isem ta’ dominju (minbarra dawk ipprovduti fuq il-WHOIS ibbażata fuq l-Internet, aħna nitolbuk biex timla l- formola tar-rikjesta tagħna u tibgħatha lil [email protected]. Ir-rikjesta tiegħek trid tispjega għaliex int għandek bżonn id-dettalji ta’ kuntatt tad-detentur tal-isem ta’ dominju u kif biħsiebek tużahom b’mod ċar.

L-iżvelar ta’ kwalunkwe data personali huwa mmaniġġjat fuq bażi tal-Politika dwar il Privatezza tagħna.

Ikkontesta reġistrazzjoni ta’ isem ta’ dominju

F’każ li inti trid tikkontesta reġistrazzjoni ta’ isem ta’ dominju, inti tista’ tikkontesta r-reġistrazzjoni tiegħu permezz tal-proċedura ta’ Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) jew permezz ta’ proċeduri tal-qorti.

Biex tikkontesta reġistrazzjoni ta’ isem ta’ dominju permezz tal-ADR irid ikollok dritt minn qabel għall-isem ta’ dominju (eż. trademark, isem kummerċjali, isem ta’ kumpanija, isem ta’ familja, eċċ) u trid turi li d-detentur kurrenti tal-isem ta’ dominju rreġistrah jew jużah għal raġunijiet spekulattivi jew abbużivi.

X’inhi proċedura tal-ADR?

ADR huwa mezz alternattiv biex wieħed isib soluzzjoni għat-tilwim dwar ismijiet ta’ dominju. Ħafna nies jagħżlu li jsibu soluzzjoni għat-tilwim bl-ADR għax ġeneralment huwa metodu iktar ta’ malajr u iktar konvenjenti minn proċedura regolari fil-qorti.

ADR għal ismijiet ta’ dominju .eu (jew il-varjanti tiegħu f’kitbiet oħra) huwa offrut minn u jista’ jiġi mibdi minn

The Czech Arbitration Court (CAC)

jew

The WIPO Arbitration and Mediation Center (WIPO Center)

 

Kif tevolvi proċedura tal-ADR?

Biex tibda proċedura ta’ Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) tieħu ftit passi biss:

1. L-għażla ta’ Fornitur tal-ADR

Biex tibda kawża jew proċedura, agħżel il-fornitur tal-ADR tiegħek, li jista’ jkun jew is-CAC jew iċ-Ċentru tal-WIPO.

2. It-Tressiq tal-Ilment

Ladarba tkun għażilt il-fornitur tal-ADR tiegħek, tista’ tippreżenta l-ilment tiegħek permezz tas-sit web rispettiv tiegħu. Waqt dan il-proċess inti trid tagħti d-dettalji tal-ilment tiegħek u l-argumenti li jsostnu l-kawża tiegħek. Ikollok ukoll iċ-ċans li tehmeż kwalunkwe evidenza rilevanti.

3. L-Istennija tad-Deċiżjoni

Id-deċiżjoni tal-membri tal-bord tal-ADR tkun bil-kitba u tiġi kkomunikata lilek f’ħamest ijiem ta’ xogħol wara li tittieħed id-deċiżjoni.

4. L-Implimentazzjoni tad-Deċiżjoni

Il-EURid se jimplimenta d-deċiżjoni tal-ADR billi jew iżomm l-isem ta’ dominju reġistrat lid-detentur attwali tal-isem ta’ dominju, jew billi jittrasferixxi l-isem ta’ dominju lil min jagħmel l-ilment, jew billi jagħmel l-isem ta’ dominju disponibbli għar-reġistrazzjoni ġenerali fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

Tariffi tal-ADR

It-tariffi ta’ proċedura tal-ADR ivarjaw skont in-numru ta’ membri tal-bord u n-numru ta’ ismijiet ta’ dominju involuti fit-tilwima tiegħek. Għal lista kompluta u aġġornata tat-tariffi kollha tal-ADR, jekk jogħġbok ara s-sit web rispettiv tal-fornitur tal-ADR:

Għas-CAC: https://eu.adr.eu/fees

Għaċ-Ċentru tal-WIPO: https://www.wipo.int/amc/en/domains/fees/cctlds/eu/index.html

X’jiġri wara li proċedura tal-ADR tkun ġiet kompluta?

Jekk inti tirbaħ il-kawża tiegħek:

  • Jekk inti tirbaħ il-kawża u tkun eliġibbli biex tirreġistra ismijiet tad-dominju taħt .eu jew il-varjanti tiegħu f’kitbiet oħra, l-isem ta’ dominju jiġi trasferit lilek.  Ir-Reġistru se jikkuntattjak permezz ta’ email fir-rigward tal-proċedura ta’ trasferiment wara l-perjodu ta’ appell ta’ 30 jum.
  • Jekk inti m’intix eliġibbli biex tirreġistra ismijiet ta’ dominju taħt .eu jew il-varjanti tiegħu f’kitbiet oħra, l-isem ta’ dominju jiġi revokat wara 30.

Jekk titlef il-kawża tiegħek:

  • Is-sentenzi tal-ADR huma legalment vinkolanti u l-EURid se jimplimenta d-deċiżjoni sakemm inti ma tiddeċidix li tappella d-deċiżjoni permezz ta’ qorti regolari qabel ma jgħaddu 30 jum tal-kalendarju.
  • Jekk tagħżel li tappella, jekk jogħġbok avża lill-EURid b’dan matul il-perjodu ta’ appell ta’ 30 jum.

Punti ewlenin ta’ proċedura tal-ADR

  • Il-proċedura tal-ADR hija aċċessibbli u bi prezz baxx. Tista’ tinbeda u titmexxa kompletament onlajn, għalhekk m’għandekx bżonn tivvjaġġa.
  • Proċedura tal-ADR tirrappreżenta għażla inqas għalja għal proċedura regolari tal-qorti.
  • Membri tal-bord indipendenti, li huma esperti fid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, isolvu t-tilwim tal-ADR.
  • Il-proċeduri tal-ADR isiru fil-lingwa tad-detentur tal-isem ta’ dominju (kif muri fil-WHOIS ibbażata fuq l-Internet), iżda bħala lmentatur, tista’ wkoll titlob li tibdel għal lingwa uffiċjali oħra tal-UE.
  • Il-proċeduri tal-ADR jieħdu medja ta’ tliet xhur biex jiġu solvuti.