Proċess ta’ akkreditazzjoni f’5 passi
Bħala reġistratur akkreditat għandek tosserva r-regoli tal-Ftehim tar-Reġistatur Akkreditat tal-EURid u tissodisfa l-kriterji ta’ akkreditazzjoni, għalhekk jekk jogħġbok aqra l-eżemplar tal-Ftehim tar-Reġistratur Akkreditat qabel tissottometti t-talba tiegħek.
Jekk tissodisfa l-kriterji ta’ akkreditazzjoni u tkun interessat li ssir akkreditat, jekk jogħġbok ibgħatilna email, inkluż l-isem tal-kumpanija tiegħek, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija/in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT u l-indirizz lil [email protected]
Wara evalwazzjoni preliminari, EURid se jibgħatlek link għall-formola tal-applikazzjoni. Imla l-formola online u aċċetta t-Termini tal-Ftehim tar-Reġistratur Akkreditat.
L-EURid se jirrevedi l-applikazzjoni tiegħek u jagħtik aktar informazzjoni dwar evidenza dokumentata meħtieġa biex tipproċedi bil-proċess ta’ akkreditazzjoni.
Ladarba l-EURid japprova l-applikazzjoni tiegħek, aħna nibdew il-Ftehim. Qabel ma tkun tista’ tibda tirreġistra u timmaniġġja l-ismijiet ta’ dominju, jeħtieġilna li tagħmel pagament minn qabel ta’ EUR 2,500. Ladarba l-pagament ikun sar, il-ftehim tiegħek jitqies iffirmat.
Diġa reġistratur tal-EURid?
Illoggja fl-extranet tar-reġistratur biex taċċedi l-għodda tal-kummerċjalizzazzjoni, aħbarijiet u dokumenti kollha għall-komunità tar-reġistraturi tagħna.