DNSSEC, jew Domain Name System Security Extensions, huwa protokoll għas-sigurtà fuq l-internet li jgħin biex inaqqas iċ-ċans li min iżur is-sit tal-internet tiegħek huwa meħud fuq paġna web oħra li hija falza meta huma jiktbu l-indirizz tal-internet tiegħek, protett mit-teknoloġija tad-DNSSEC, fil-browser tagħhom.
Meta inti tfittex isem ta' dominju jew URL, dan il-proċess jinvolvi numru ta' mistoqsijiet u tweġibiet meta l-browser tiegħek jibgħat rikjesta għas-sit tal-internet li qed ifittex. Imma il-browser tiegħek jista' jafda t-tweġibiet li jirċievi? Kif jaf li t-tweġiba ma ġietx mibdula minn terzi?
Bid- DNSSEC, browsers u name servers jistgħu jikkontrollaw li t-tweġibiet li jirċievu huma awtentiċi. Dan ifisser li hemm inqas ċans li min juża l-internet jiġi trasferit fuq siti tal-internet li l-iskop tagħhom hija ħażina.
DNSSEC jaħdem billi jiċċekkja t-tweġibiet fuq kull livell tal-infrastruttura tal-Internet, li jissejjaħ Domain Name System, jew DNS. Kull livell tal-infrastruttura jiggarantixxi l-livell ta' qabel b'metodu li jissejjaħ “il-kullana tal-fiduċja".
Jekk jogħġbok għandek tinnota li mhux ir-reġistraturi kollha joffru dan is-servizz.
Is-Servizz tar-Registry Lock jista’ jintuża biex jipprovdi livell akbar ta’ sigurtà għall-ismijiet ta’ dominju. Huwa maħsub biex inaqqas il-potenzjal għal tibdiliet, tħassir jew trasferimenti mhux intenzjonati. Bis-Servizz tar-Registry Lock, inti tista’ tieħu vantaġġ mill-ogħla livell ta’ sigurtà għall-ismijiet ta’ dominju l-aktar siewja u l-aktar viżibbli tiegħek
Is-Servizz tar-Registrar Lock se jipproteġi wkoll l-isem tad-dominju tiegħek minn tibdiliet aċċidentali, iżda d-differenza bejn dan is-servizz u r-Registry Lock hija li isem ta’ dominju llokkjat xorta waħda jista’ jiġi ttrasferit b’kodiċi ta’ awtorizzazzjoni rċevuta permezz ta’ kont My .eu jew b’kodiċi ta’ awtorizzazzjoni ta’ emerġenza rċevut minn EURid.
Inti ma tistax tuża ż-żewġ servizzi fl-istess ħin. Ir-Registry Lock dejjem se jegħleb is-servizz tar-Registrar Lock.
Biex titgħallem aktar u biex tieħu vantaġġ mis-Servizzi Lock tagħna, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-reġistratur tiegħek, li se jkun jista’ jikkonferma jekk joffrix dawn it-tipi ta’ servizzi. Inti tista’ tfittex fil-lista ta’ reġistraturi akkreditati permezz tal-lingwa, il-pajjiż, jew servizz.