Il-EURid itejjeb il-verifiki tal-kwalità tad-data permezz tas-sistema ġdida tiegħu EURidity
Il-EURid iniedi pjattaforma ta' appoġġ ġdida u mtejba għall-utenti finali
Il-EURid jintroduċi l-WebClass, soluzzjoni għat-tagħlim awtomatiku avvanzat għall-kategorizzazzjoni tal-web
Il-EURid qed jorganizza t-tieni Jum ta' .eu tiegħu, li jinkludi tliet Masterclasses tal-Akkademja .eu, flimkien mal-għaxar edizzjoni taċ-ċerimonja tal-.eu Web Awards
Il-EURid jiffirma Kuntratt ta' Konċessjoni ta' Servizz ġdid mal-Kummisjoni Ewropea
Il-EURid u l-Korporazzjoni tal-Internet dwar l-Ismijiet u n-Numri Assenjati (ICANN) jiffirmaw MtQ biex isaħħu l-isforzi kontinwi tagħhom għall-promozzjoni tal-multilingwiżmu u tal-inklużjoni fuq l-internet
Il-EURid u l-EUIPO jiffirmaw MtQ fejn jimpenjaw ruħhom biex jingħaqdu flimkien ħalli jqajmu kuxjenza dwar kwistjonijiet marbuta mat-trademarks u mal-ismijiet ta' dominju
Il-EURid jingħaqad ma' Global Cyber Alliance għall-proġett Domain Trust
Il-EURid jimplimenta l-proġett tiegħu stess Kun Af lill-Klijent Tiegħek (KYC)
Il-EURid isir l-ewwel TLD li ssieħeb fil-proġett ta' suċċess No More Ransom (NMR)
Il-EURid iġedded b’suċċess ir-reġistrazzjoni tal-EMAS sal-2023
Il-EURid iwaqqaf Kumitat taż-Żgħażagħ f’kooperazzjoni ma’ Youth IGF
Il-Kuntratt ta’ Konċessjoni ta’ Servizz tal-EURid u tal-KE ġie estiż sa’ Ottubru 2022
Il-EURid jestendi l-kriterji ta' eliġibbiltà għall-estensjoni .eu biex jiġu inklużi ċ-ċittadini tal-UE li jgħixu f'pajjiżi mhux tal-UE
Il-EURid jintroduċi verżjoni tal-estensjoni .eu tiegħu fil-kitba Griega (.ευ)
Il-EURid iniedi s-Sistema tiegħu tal-Prevenzjoni ta' Abbużi u ta' Twissija Bikrija (APEWS)
Il-EURid jingħaqad mal-International Anti-Corruption Conference (IACC) biex jiġġieled iċ-ċiberkriminalità
Il-EURid iġedded l-MtQ tiegħu mal-organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ kontra ċ-ċiberkriminalità TaC International
Il-EURid iġedded b’suċċess iċ-ċertifikazzjoni tal-EMAS sal-2021
Il-EURid jirbaħ ir-reġistru tas-sena fil-Premjijiet CENTR tal-2017
Il-EURid jintroduċi verżjoni tal-estensjoni .eu tiegħu fil-kitba Ċirillika (.ею)
Il-EURid u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) jiffirmaw ittra ta' kollaborazzjoni
Il-EURid u l-Europol jingħaqdu flimkien biex jiġġieldu ċ-ċiberkriminalità
L-eliġibbiltà għal .eu ġiet estiża għall-Iżlanda, in-Norveġja u l-Liechtenstein
Il-EURid ġie kkonfermat bħala l-manager tar-reġistru .eu għall-ħame snin li ġejjin wara sejħa tal-KE għal espressjoni ta' interess (stedina formali maħsuba biex tidentifika l-partijiet interessati fi proġett)
Il-EURid jiċċelebra l-ewwel rebbieħa tal-.eu Web Awards
Il-EURid jikseb iċ-ċertifikazzjoni ISO 27001
Il-EURid jirċievi premju mill-Council of European National Top-Level Domain Registries (CENTR) għall-Programm ta' Kummerċjalizzazzjoni Kofinanzjat tal-EURid
Il-EURid isir l-ewwel reġistru Ewropew ta’ TLD li kiseb ir-reġistrazzjoni tal-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tal-UE
Il-EURid jibda joffri reġistrazzjoni għall-.eu għal mhux aktar minn 10 snin (reġistrazzjonijiet pluriennali)
L-.eu jattiva l-Estensjonijiet tas-Sigurtà għas-Sistema ta' Ismijiet ta' Dominji (DNSSEC), li huma standard ta' sigurtà tal-internet
L-.eu jippermetti l-Ismijiet tad-Dominju Internazzjonalizzati (IDNs), jiġifieri issa jappoġġja l-kitbiet kollha uffiċjali tal-lingwi tal-UE
Fis-7 ta' April, jinfetħu r-reġistrazzjonijiet għal .eu. Fl-ewwel ġurnata jiġu rreġistrati miljun reġistrazzjoni (landrush)
L-.eu tiżdied mar-root zone tas-Sistema ta' Ismijiet ta' Dominji (DNS) tal-internet
Il-EURid jibda jaċċetta applikazzjonijiet għal ismijiet ta' dominji .eu minn detenturi tad-drittijiet preċedenti (Sunrise)
Il-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi r-regoli tal-politika pubblika għal .eu (ir-Regolament (KE) Nru 874/2004)
Il-EURid jiġi inkorporat taħt il-liġi Belġjana
Wara offerta, il-EURid jinħatar mill-Kummissjoni Ewropea bħala r-reġistru ta' .eu
Il-.eu tinħoloq wara l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament (KE) Nru 733/2002)
Il-Kunsill Ewropew jiddiskuti l-ħolqien ta' dominju wieħed tal-ogħla livell għall-Ewropa