Jekk jogħġbok aqra t-Termini u l-Kundizzjonijiet dwar l-ismijiet tad-dominju taħt l-estensjonijiet .eu, .ею (skritt Ċirilliku) jew .ευ (skritt Grieg) u r-Regolament .eu ġdid (2019/517) li jemenda, u jħassar ir-Regolament 733/2002 u jħassar ir-Regolament 874/2004.
Reġistrazzjoni ta’ isem tad-dominju .eu jista’ jintalab minn kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
Qabel ma tirreġistra isem tad-dominju, tista’ tivverifika fuq WHOIS fuq l-Internet, jekk id-dominju mixtieq huwiex disponibbli. Isem tad-dominju jkun disponibbli għar-reġistrazzjoni jekk:
Ir-reġistrazzjoni jew it-tiġdid tal-isem tad-dominju tiegħek jista’ jsir biss permezz ta’ Reġistratur akkreditat.
Ir-reġistrazzjoni tal-isem tad-dominju tiegħek se tiġi kkunsidrata lesta biss meta tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja mar-reġistrazzjoni:
Trid tipprovdi indirizz elettroniku li jaħdem sabiex tirċievi komunikazzjonijiet mingħandna u/jew minn fornitur ADR. Jekk l-indirizz ipprovdut ma jkunx qed jaħdem, aħna intitolati li nirrevokaw l-isem tad-dominju.
Jekk l-informazzjoni tal-kuntatt tiegħek tinbidel, trid tikkuntattja lir-reġistratur tiegħek biex naġġornaw l-informazzjoni tiegħek immedjatament. Mhux possibbli taġġorna d-data tar-reġistrazzjoni tiegħek direttament magħna.
Tista’ taġġorna d-data tar-reġistrazzjoni tiegħek billi tilloggja f’my.eurid.eu.
Ir-reġistrazzjoni tal-Isem tad-Dominju tiegħek tista’ tkun suġġett għal verifika tad-data ta’ reġistrazzjoni tiegħek u/jew għal verifiki ta’ sigurtà addizzjonali fi kwalunkwe ħin. Tista’ tintalab verifika jew qabel jew wara li l-isem tad-dominju tiegħek jiġi inkluż fiż-żona .eu .ею jew .ευ u jkun qed jaħdem. Aqra iktar fil-paġna dedikata li tispjega il-Kwalità tad-Data u l-proġett ta’ Kun Af lill-Klijent Tiegħek tagħna.
Iktar minn hekk, żomm dawn ir-regoli f’moħħok meta tiddeċiedi liema isem tad-dominju tixtieq tirreġistra:
L-isem tad-dominju tiegħek irid ikun twil ta’ lanqas żewġ (2) karattri (mingħajr ma jinkludi l-estensjoni .eu jew il-varjanti fi scripts oħra) wara l-konversjoni tal-ittri kbar għal ittri żgħar u wara li saret in-normalizzazzjoni. Jekk trid tirreġistra IDN, applika din ir-regola qabel ma tikkonverti l-isem tiegħek f‘ACE string. Ċerti ismijiet huma kkunsidrati qosra wisq anke jekk huma twal żewġ karattri. Dan huwa għax ċerti kombinazzjonijiet ta’ żewġ karattri jistgħu jkunu wkoll rappresentati minn karattru singolu tal-Unicode.
L-isem tad-dominju tiegħek ma jistax ikun itwal minn 63 il-karattru (mingħajr ma jinkludi l-estensjoni .eu jew il-varjanti tiegħu fi kitbiet oħra) wara l-konverżjoni tal-ittri kapitali għal ittri żgħar u wara li tkun saret in-normalizzazzjoni u wara l-konverżjoni f’ACE string.
It-terminu (rinnovabbli) tar-reġistrazzjoni tal-Isem tad-Dominju tiegħek It-terminu jibda mid-data tar-reġistrazzjoni tal-isem tad-dominju u jvarja minn sena (1) sa għaxar (10) snin, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor. It-terminu huwa taċitament rinnovat għal perjodi konsekuttivi għal sena (1). Ismijiet ta’ dominji rreġistrati fid-29 ta’ Frar jiskadu dejjem fit-28 ta’ Frar.
F'konformità mar-Regolament (UE) 2019/517 u mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1862, għadd ta' ismijiet ta' dominju tal-.eu. tal-.ею u tal-.ευ ġew imblukkati minn Stati Membri tal-UE, jew mill-Iżlanda, min-Norveġja u mil-Liechtenstein. Jista' jagħti l-każ ukoll li ġew imblukkati minħabba li jikkostitwixxu l-kodiċijiet ISO alpha-2, li huma kodiċijiet b'żewġ ittri rikonoxxuti internazzjonalment biex jinnominaw pajjiżi u territorji.
Dan ifisser li dawn l-ismijiet ta' dominju ma jistgħux jiġu rreġistrati. Tista' tara l-lista tal-ismijiet imblukkati hawnhekk.
F'konformità mar-Regolament (UE) 2019/517 u mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1862, għadd ta' ismijiet ta' dominju tal-.eu. tal-.ею u tal-.ευ ġew riżervati għall-użu jew minn Stati Membri tal-UE, jew mill-Iżlanda, min-Norveġja u mil-Liechtenstein, mill-EURid jew mill-Kummissjoni Ewropea.
Jekk hemm organizzazjonijiet jew persuni privati li jixtiequ jirreġistraw isem ta’ dominju riżervat, l-Awtorità tar-Reġistrazzjoni Nazzjonali rispettiva tistà tikkunsidra, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, li tattiva l-isem tad-dominju riżervat f'isem l-applikant. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-proċedura ta’ attivazzjoni għal ismijiet riżervati.