Il-kondizzjonijiet ta’ l-użu (“Kondizzjonijiet”) li ġejjin huma applikabbli għal min iżur is-siti ta’ l-internet tal-EURid (is-“Siti ta’ l-Internet”). Meta tidħol fuq dawn is-siti ta’ l-internet u tagħmel użu minnhom inti tkun qed tiddikjara li qrajt u fhimt dawn il-Kondizzjonijiet u li taqbel li tintrabat magħhom u li se tħares il-liġijiet u r-regolamenti kollha applikabbli. Il-EURid tirriżerva d-dritt li temenda dawn il-Kondizzjonijiet minn żmien għal żmien, mingħajr l-ebda avviż fid-diskrezzjoni assoluta tagħha. Jekk ma taqbilx ma’ dawn il-Kondizzjonijiet, m’għandekx tuża s-Siti ta’ l-internet.
Dawn is-Siti ta’ l-Internet jiġu operati minn EURid vzw, Telecomlaan 9, 1831 Diegem, Il-Belġju, RPR Brussel - VAT BE 0864.240.405, li hija assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, stabbilita taħt il-liġi Belġjana.
Tista’ tuża dawn is-Siti ta’ l-Internet għal skopijiet legali biss. Ma tistax tuża dawn is-Siti ta’ l-Internet:
Il-EURid timmantjeni dawn is-Siti ta’ l-internet biex itejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħha. Kwalunkwe informazzjoni fuq is-Siti ta’ l-Internet hija pprovduta “kif tidher”. Minkejja l-attenzjoni u l-isforzi kollha tagħna, il-EURid ma tistax tiggarantixxi li l-informazzjoni fuq is-Siti ta’ l-Internet hija kompluta, preċiża u aġġornata. Kwalunkwe informazzjoni jew materjal li jidher fuq is-Siti ta’ l-Internet mhumiex maħsuba biex jipprovdu pariri li tista’ toqgħod fuqhom. B’mod espliċitu, il-EURid tiċħad kull responsabbiltà relatata ma’ l-użu tas-Siti ta’ l-Internet jew ma’ l-informazzjoni li jinstab fihom, jew ma’ xi konsegwenzi li jistgħu jirriżultaw mill-użu ta’ l-istess informazzjoni. Jekk is-Siti ta’ l-Internet jkun fihom informazzjoni dwar il-liġijiet jew ir-regolamenti jew id-deċiżjonijiet adottati mill-awtoritajiet pubbliċi, dawn jistgħu jkunu ġew emendati, revokati jew sostitwiti minn meta jkunu tqiegħdu fuq is-Siti ta’ l-Internet. Għaldaqstant, għandek toqgħod biss fuq il-verżjoni l-iktar uffiċjali u reċenti kif ippubblikati minn dawn l-awtoritajiet.
L-informazzjoni pprovduta fuq is-Siti ta’ l-Internet tista’ tinkludi informazzjoni minn partijiet terzi u links għal partijiet terzi jew siti ta’ l-internet ta’ partijiet terzi. Tali informazzjoni minn partijiet terzi ma tirrappreżentax l-opinjoni ta’ l-EURid u l-links għal siti ta’ partijiet terzi huma pprovduti biss għall-kumdità. Il-EURid ma tesprimix l-ebda opinjoni dwar tali informazzjoni jew siti ta’ l-internet ta’ partijiet terzi, u ma tistax tinżamm responsabbli għall-kontenut tagħhom.
Il-EURid hija impenjata biex tirrispetta l-privatezza tiegħek. Jekk jogħġbok aqra l-Politika dwar il-Privatezza tagħna.
Il-materjal kollu li jinstab fis-Siti ta’ l-internet huwa protett bid-drittijiet ta’ l-awtur jew bi dritt(ijiet) tal-proprjetà intellettwali oħra u huwa proprjetà ta’ l-EURid jew l-Eurid għandha liċenzja għalih. Inti ma tistax tuża, taħżen (minbarra jekk meħtieġ biex tara l-kontenut tas-Siti ta’ l-Internet), tirriproduċi, timmodifika, tiddistribwixxi, tbigħ jew b’xi mod ieħor tittrasferixxi kwalunkwe parti minn dan il-materjal mingħajr il-kunsens bil-miktub mogħti minn qabel mill-EURid.
Dawn il-Kondizzjonijiet u l-użu tas-Siti ta’ l-Internet huma rregolati esklussivament u mfassla skond il-liġi Belġjana, għajr għall-prinċipji tagħha dwar kunflitt ta’ liġi. F’każ ta’ tilwima, il-ġurisdizzjoni hija esklussivament dik tal-qrati ta’ Brussell.