Eċċellenza teknika
L-EURid tħabrek kontinwament biex issaħħaħ il-kwalità tas-servizzi tagħna għall-klijenti u l-utenti finali tagħna billi tipprovdi eċċellenza teknika innovattiva.
Dawn huma ftit mis-servizzi li noffru.
Servizzi għat-tfittxija
Inti tista’ tfittex informazzjoni dwar isem ta’ dominju .eu, .ею (kitba Ċirillika) u .ευ (kitba Griega), jew tiċċekkja jekk huwiex disponibbli għar-reġistrazzjoni, billi tuża l-faċilità tat-tfittxija WHOIS.
Jekk inti tixtieq tikkuntattja detentur partikolari ta’ isem ta’ dominju, inti tista’ tikseb id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom mill-WHOIS ibbażata fuq l-internet.
Jekk id-detentur huwa kumpanija jew organizzazzjoni, inti se tara l-isem tal-kumpanija/organizzazzjoni, il-belt, il-pajjiż, l-indirizz tal-email, u l-lingwa ppreferuta tagħhom għall-korrispondenza.
Jekk id-detentur huwa persuna privata, inti se tara biss l-indirizz tal-email tiegħu/tagħha u l-lingwa ppreferuta għall-korrispondenza. Id-data personali l-oħra kollha hija moħbija għal raġunijiet ta’ privatezza.
Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok iċċekkja l-politika tal-WHOIS tagħna.
Jekk għandek xi raġuni biex tikseb iktar dettalji ta’ kuntatt għajr dawk ipprovduti mill-WHOIS ibbażata fuq l-internet, imla l-formola tal-Iżvelar ta’ Data Personali u ibgħatha b’email lil [email protected]. Ir-rikjesta tiegħek trid tispjega għaliex int teħtieġ id-dettalji ta’ kuntatt tad-detentur u kif biħsiebek tużahom.
L-iżvelar ta’ data personali huwa mmaniġġjat fuq il-bażi tal-Politika ta’ Privatezza.
IPv6
L-EURid toffri r-riżoluzzjoni ta’ ismijiet ta’ dominji bl-indirizzi IPv4 u anke IPv6.
Id-detenturi ta’ ismijiet ta’ dominji minn dejjem setgħu jużaw indirizzi IPv6 għan-name servers dedikati tagħhom, għar-raġuni li s-sistemi tar-reġistrazzjoni tal-EURid kellhom IPv6-capable name servers minn meta tnieda .eu fl-2006.
Jekk inti konness mal-Internet permezz ta’ IPv6, inti awtomatikament se tidħol fuq www.eurid.eu fuq l-indirizz IPv6 tagħna.
Name servers
L-ismijiet ta’ dominji rreġistrati huma maħżuna fuq 2 unicast name servers, li jinsabu fl-Ewropa, u 3 Anycast meshes li jinsabu madwar id-dinja kollha (ara t-tabella hawn taħt). In-name servers tal-EURid huma aġġornati dinamikament. Dan ifisser li meta inti tirreġistra isem ta’ dominju, dan jiġi attivat kważi immedjatament. Kwalunkwe tibdil li jsir fl-ismijiet ta’ dominji li diġà jeżistu huma wkoll effettivi immedjatament.
FQDN |
Type |
Location |
IP address |
be.dns.eu |
Unicast |
Belgium |
149.38.1.26 |
si.dns.eu |
Unicast |
Slovenia |
193.2.221.60 |
x.dns.eu |
Anycast |
n/a |
185.151.141.1 |
y.dns.eu |
Anycast |
n/a |
194.146.106.90 |
w.dns.eu | Anycast | n/a |
2001:678:20::28
|
In-name server YADIFA
YADIFA hija l-implimentazzjoni tal-open source name server tal-EURid stess. Aħna żviluppajna YADIFA għax ridna nżidu s-saħħa tal-infrastruttura tan-name server .eu billi nżidu alternattiva stabbli mal-implimentazzjonijiet tan-name server l-oħra li konna qed nużaw.
YADIFA kien ġie miktub mill-ġdid. Dan ifisser li ma wiret l-ebda dgħufija potenzjali preżenti f’software li diġà jeżisti. Jagħti appoġġ lil protokolli attwali kollha, inkluż DNSSEC b’NSEC u NSEC3. Huwa kompatibbli mar-RFC.
U bħal implimentazzjonijiet oħra, YADIFA huwa portabbli fuq multiple operating systems, li jinkludu Linux, FreeBSD, OpenBSD u Solaris.
Għal iktar informazzjoni fuq YADIFA u s-source code, jekk jogħġbok żur www.yadifa.eu.