Aqbeż għall-kontenut ewlieni

Inħarsu l-ambjent

EMAS logo

Aħna nemmnu li anke l-kumpaniji li jaħdmu fl-Internet jistgħu jagħmlu dan b’mod sostenibbli.

Aħna l-ewwel reġistru Ewropew ta’ TLD irreġistrat mill-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS - Eco-Management and Audit Scheme) tal-UE mill-2012.

Azzjonijiet ambjentali

Aħna adottajna strateġija ambjentalment responsabbli biex nimmaniġġjaw it-TLDs tagħna għal ħafna snin.

Ir-reġistrazzjoni fl-EMAS tifformalizza l-attivitajiet li għaddejjin min-naħa tagħna u turi l-impenn pubbliku tagħna għat-titjib ulterjuri fejn jidħol l-impatt ambjentali tagħna. Dawn l-attivitajiet jinkludu imma mhux limitati għalihom biss:

  • Effiċjenza fir-riżorsi: Il-pjan tagħna li nnaqqsu l-impatt ambjentali minħabba t-trasport permezz tal-introduzzjoni ta’ karozzi tal-kumpanija li jħarsu iktar l-ambjent huwa biss wieħed mill-metodi li għandna l-intenzjoni li nużaw biex innaqqsu l-emissjonijiet.
  • Involviment tal-kumpanija: Aħna nippromwovu l-programm ta’ sostenibbiltà internament mal-membri tal-persunal, sabiex inżidu l-involviment tagħhom fl-attivitajiet u l-proġetti ambjentali.
  • Avvenimenti responsabbli: Meta norganizzaw konferenzi u avvenimenti għal reġistraturi akkreditati, jew nipparteċipaw f’fieri u laqgħat tal-industrija, aħna napplikaw kriterji ambjentali mill-gwida tal-laqgħat tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) biex niżguraw li dawn l-avvenimenti (u l-vjaġġi assoċjati magħhom) kemm jista’ jkun jagħmlu mill-inqas ħsara lill-ambjent.

Politika u objettivi

Id- Environmental Statement 2024 (PDF) tagħti ħarsa lejn il-politika ambjentali, l-objettivi u l-programm tal-attività għat-tliet snin li ġejjin.

Dwar l-EMAS

L-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) tal-UE hija għodda ta’ mmaniġġjar volontarja għall-kumpaniji u organizzazzjonijiet oħra biex jevalwaw, jirrappurtaw u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Din l-iskema tgħin lill-kumpaniji biex jottimizzaw il-proċessi ta’ produzzjoni tagħhom, inaqqsu l-impatt ambjentali u jużaw ir-riżorsi b’mod aktar effiċjenti.

EURid kisbet reġistrazzjoni fl-EMAS f’Mejju 2012 u minn dak iż-żmien ġeddet ir-reġistrazzjoni tagħha fl-EMAS għall-perjodu 2018-2020. In-numru tar-reġistrazzjoni tagħna hu BE-VL-000016.

Kumpens għas-CO2

Mill-2014 aħna vvalutajna l-emissjonijiet tas-CO2 tagħna tas-snin preċedenti u akkwistajna krediti tas-CO2 ivverifikati għal:

  • 2014 - il-kostruzzjoni ta’ turbini tar-riħ u l-produzzjoni ta’ bijodiżil miż-żerriegħa tal-Jatropha f’Gujarat, l-Indja.
  • 2015 - it-tħawwil ta’ numru ta’ siġar tal-frott f’Asturias, Spanja, f’żona b’popolazzjoni ta’ ors kannella Ewropew li qiegħed fil-periklu, f’kollaborazzjoni mal-organizzazzjoni Spanjola FAPAS taħt il-programm “+BEARS -CO2”.
  • 2015 - il-kontribuzzjoni għall-proġett Ecomapuà li, minbarra diversi għanijiet oħra, għandu l-għan li jikkonserva l-bijodiversità rikka tal-Amażonja.
  • 2016 - il-kontribuzzjoni għall-proġett Dak Rung Hydropower fil-Vjetnam. Dan il-proġett ta’ enerġija rinnovabbli kien ibbażat madwar il-kostruzzjoni ta’ impjant tal-idroenerġija ta’ 8MW fuq ix-xmara żgħira ta’ Dak Rung għall-ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli kemm għall-popolazzjoni lokali kif ukoll għall-grid elettriku tal-Vjetnam.
  • 2017-2018 - l-appoġġ għall-proġett Uganda Borehole Rehabilitation. L-għan tal-proġett Uganda Borehole Rehabilitation huwa li naħdmu mal-komunitajiet tal-Uganda biex jiġu msewwija spieri miksurin u biex jerġa’ jingħata aċċess għal ilma tax-xorb nadif u sikur. Fl-2018, aħna appoġġjajna l-proġett Uganda Borehole Rehabilitation għat-tieni sena; din id-darba, iffukajna fuq id-Distretti ta’ Dokolo, Otuke u Alebtong tal-Uganda.
  • 2019 - l-appoġġ għall-proġett Uganda Borehole Rehabilitation, kif ukoll l-isforzi tar-riforestazzjoni f’Monchique, il-Portugall, żona li ġiet affettwata minn nirien devastanti fil-foresti fis-sajf tal-2018.
  • 2020 – nappoġġjaw il-proġett “Water is Life” (L-Ilma huwa l-Ħajja) f’Madagascar.
  • 2021 - appoġġjaw il-proġett “Water is Life” (L-Ilma huwa l-Ħajja) f’Madagascar. Aqra aktar mir-rapport tal-Impronta tal-Karbonju tal-2020 tagħna.