Aqbeż għall-kontenut ewlieni

Eċċellenza teknika

L-EURid tħabrek kontinwament biex issaħħaħ il-kwalità tas-servizzi tagħna għall-klijenti u l-utenti finali tagħna billi tipprovdi eċċellenza teknika innovattiva.

Dawn huma ftit mis-servizzi li noffru.

Servizzi għat-tfittxija

Inti tista’ tfittex informazzjoni dwar isem ta’ dominju .eu, .ею (kitba Ċirillika) u .ευ (kitba Griega), jew tiċċekkja jekk huwiex disponibbli għar-reġistrazzjoni, billi tuża l-faċilità tat-tfittxija WHOIS.

Jekk inti tixtieq tikkuntattja detentur partikolari ta’ isem ta’ dominju, inti tista’ tikseb id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom mill-WHOIS ibbażata fuq l-internet.

Jekk id-detentur huwa kumpanija jew organizzazzjoni, inti se tara l-isem tal-kumpanija/organizzazzjoni, il-belt, il-pajjiż, l-indirizz tal-email, u l-lingwa ppreferuta tagħhom għall-korrispondenza.

Jekk id-detentur huwa persuna privata, inti se tara biss l-indirizz tal-email tiegħu/tagħha u l-lingwa ppreferuta għall-korrispondenza. Id-data personali l-oħra kollha hija moħbija għal raġunijiet ta’ privatezza.

Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok iċċekkja l-politika tal-WHOIS tagħna.

Jekk għandek xi raġuni biex tikseb iktar dettalji ta’ kuntatt għajr dawk ipprovduti mill-WHOIS ibbażata fuq l-internet, imla l-formola tal-Iżvelar ta’ Data Personali u ibgħatha b’email lil [email protected]. Ir-rikjesta tiegħek trid tispjega għaliex int teħtieġ id-dettalji ta’ kuntatt tad-detentur u kif biħsiebek tużahom.

L-iżvelar ta’ data personali huwa mmaniġġjat fuq il-bażi tal-Politika ta’ Privatezza.

IPv6

L-EURid toffri r-riżoluzzjoni ta’ ismijiet ta’ dominji bl-indirizzi IPv4 u anke IPv6.

Id-detenturi ta’ ismijiet ta’ dominji minn dejjem setgħu jużaw indirizzi IPv6 għan-name servers dedikati tagħhom, għar-raġuni li s-sistemi tar-reġistrazzjoni tal-EURid kellhom IPv6-capable name servers minn meta tnieda .eu fl-2006.

Jekk inti konness mal-Internet permezz ta’ IPv6, inti awtomatikament se tidħol fuq www.eurid.eu fuq l-indirizz IPv6 tagħna.

Name servers

L-ismijiet ta’ dominji rreġistrati huma maħżuna fuq 2 unicast name servers, li jinsabu fl-Ewropa, u 3 Anycast meshes li jinsabu madwar id-dinja kollha (ara t-tabella hawn taħt). In-name servers tal-EURid huma aġġornati dinamikament. Dan ifisser li meta inti tirreġistra isem ta’ dominju, dan jiġi attivat kważi immedjatament. Kwalunkwe tibdil li jsir fl-ismijiet ta’ dominji li diġà jeżistu huma wkoll effettivi immedjatament.

 

FQDN

Type

Location

IP address

be.dns.eu  

Unicast    

Belgium

149.38.1.26
2001:978:2:1::93:2

si.dns.eu

Unicast

Slovenia

193.2.221.60
2001:1470:8000:100::1

x.dns.eu

Anycast

n/a

185.151.141.1 
2a02:568:fe00::6575   

y.dns.eu

Anycast

n/a

194.146.106.90
2001:67c:1010:23::53

w.dns.eu Anycast n/a

2001:678:20::28     
194.0.25.28  

 

In-name server YADIFA

YADIFA hija l-implimentazzjoni tal-open source name server tal-EURid stess. Aħna żviluppajna YADIFA għax ridna nżidu s-saħħa tal-infrastruttura tan-name server .eu billi nżidu alternattiva stabbli mal-implimentazzjonijiet tan-name server l-oħra li konna qed nużaw.

YADIFA kien ġie miktub mill-ġdid. Dan ifisser li ma wiret l-ebda dgħufija potenzjali preżenti f’software li diġà jeżisti. Jagħti appoġġ lil protokolli attwali kollha, inkluż DNSSEC b’NSEC u NSEC3. Huwa kompatibbli mar-RFC.

U bħal implimentazzjonijiet oħra, YADIFA huwa portabbli fuq multiple operating systems, li jinkludu Linux, FreeBSD, OpenBSD u Solaris.

Għal iktar informazzjoni fuq YADIFA u s-source code, jekk jogħġbok żur  www.yadifa.eu.