Aqbeż għall-kontenut ewlieni

Kriterji ta’ akkreditazzjoni

Biex tikkwalifika għall-akkreditazzjoni bħala reġistratur u tkun awtorizzat li toffri ismijiet ta’ dominju taħt it-Top Level Domain tal-.eu u l-varjanti tiegħu f’kitbiet oħra (.ею u .ευ), inti mitlub/a li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

 

1. Li tipprovdi prova uffiċjali tan-negozju, billi tipprovdi dokumentazzjoni rilevanti fuq talba.

2. Li żżomm is-sit elettroniku operattiv tiegħek stess f’mill-inqas lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni Ewropea, li jkun fih:

  • id-dettalji kollha tal-identifikazzjoni tiegħek (bħall-isem uffiċjali tal-kumpanija, il-forma legali, in-numru ta’ reġistrazzjoni, l-indirizz, it-telefon, l-indirizz tal-posta elettronika, u s-sit elettroniku)
  • informazzjoni ċara dwar is-servizzi u l-prezz li toffri
  • verifika tad-disponibbiltà tad-dominju jew ħolqa għal https://whois.eurid.eu.

3. Li tipprovdi appoġġ xieraq għall-konsumaturi lir-reġistranti permezz tat-telefon, tal-posta elettronika, taċ-chat jew b’xi mod ieħor mill-inqas f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif indikati fis-sit elettroniku tiegħek jew f’materjali oħra rilevanti tan-negozju.

4. Li tiggarantixxi d-disponibbiltà tat-Termini u l-Kundizzjonijiet tal-EURid lir-Reġistranti u li dawn jaċċettawhom.

5. Għandek il-kompetenza teknika biex timplimenta u tappoġġja s-servizzi ta’ reġistrazzjoni tal-isem ta’ dominju b’mod professjonali.

6. Li tiċċertifika li għandek qagħda finanzjarja tajba, billi tipprovdi d-dokumentazzjoni rilevanti fuq talba.

7. Li tagħmel pagament bil-quddiem ta’ mill-inqas EUR 2,500 (elfejn u ħames mitt Euro).

8. Wara li tkun akkreditat, tista’ tagħmel tranżazzjonijiet pagabbli ta’ mill-inqas EUR 500 (ħames mitt Euro) kull sena.

 

Għal deskrizzjoni aktar iddettaljata, jekk jogħġbok aqra il-Ftehim tar-Reġistratur Akkreditat tal-EURid