Irreġistra l-isem tad-dominju tiegħek f’żewġ passi faċli. Skopri l-istejjer ta’ suċċess u aqsam l-istorja tiegħek.
Kif tirreġistra isem ta' dominju
1
Iċċekkja jekk l-isem tad-dominju tiegħek huwa disponibbli
Inti tista’ tirreġistra isem ta’ dominju .eu, .ею jew .ευ jekk tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
*Inti individwu li jirresjedi f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, jew in-Norveġja, jew ċittadin ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, jew in-Norveġja (mit-2 ta’ Awwissu 2021).
*Inti tirrappreżenta organizzazzjoni stabbilita: f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, jew fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein jew fin-Norveġja.
Jiġi moqdi min jiġi l-ewwel
L-ismijiet ta’ dominji huma disponibbli fuq bażi ta’ jiġi moqdi min jiġi l-ewwel. Dan ifisser li l-isem li trid jista’ ma jkunx disponibbli għaliex:
- Id-dominju diġà ġie rreġistrat minn xi ħadd ieħor.
- Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE), membru taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), pajjiż fil-fażi ta’ adeżjoni mal-UE, istituzzjoni jew korp tal-UE, jew ir-Reġistru mblukkawh jew irriservawh.
Matul il-proċess ta’ reġistrazzjoni ta’ isem tad-dominju, il-EURid tuża l-mekkaniżmu għall-prevenzjoni ta’ abbużi rebbieħ biex issib reġistrazzjonijiet malizzjużi possibbli.
Pariri biex tagħżel id-dominju tiegħek:
L-isem tad-dominju tiegħek għandu jkun pronunċiabbli u memorabbli, w limitat għal żewġ jew tliet kelmiet.
Jekk l-isem tad-dominju li trid huwa riservat, inti tista’ tapplika għall-ħlas tiegħu billi tibgħat applikazzjoni. Tista’ wkoll tikkunsidra biex tuża l-istess isem ta’ dominju bil-ħajfins, jew billi tqassru f’akronimu.
Ikseb l-isem tad-dominju tiegħek fi kwalunke lingwa uffiċjali tal-UE (Internationalised Domain Name).
2
Irreġistra isem ta’ dominju
Irreġistra isem ta’ dominju għal sa 10 snin ma’ reġistratur tal-.eu akkreditat.
Hawn taħt tista’ ssib ftit eżempji jew tfittex fil¬-lista ta’ reġistraturi akkreditatiibi permezz tal-lingwa, il-pajjiż, jew servizz.
Għażel reġistratur
Din il-funzjoni bħalissa mhix disponibbli. Jekk jogħġbok erġa’ pprova iktar tard. Grazzi tal-paċenzja.
Il-logos li jintwerew huma kif ipprovduti lilna mir-reġistratur inkwistjoni. Għal-lista sħiħa tar-reġistraturi akkreditati kollha, jekk jogħġbok ikklikkja fuq Sib reġistratur.
Ma nstabux reġistraturi
Għaliex għandek tirreġistra isem ta’ dominju .eu, .ею jew .ευ
Ara inti stess x’jista jagħmel l-.eu, .ею jew .ευ vgħalik jew għan-negozju tiegħek billi taqra dawn l-istejjer ta’ suċċess. Jekk inti stess holder ta’ dominju, inti tista’ wkoll tibgħat it-testimonjanza tiegħek u aħna nieħdu pjaċir naqsmu l-istorja tiegħek.
Viżibbiltà
Jekk trid li l-prodotti u s-servizzi tiegħek jkunu viżibbli meta l-konsumaturi jagħmlu d-deċiżjonijiet għall-akwisti tagħhom, presenza effettiva online għall-kumpanija tiegħek hija importanti immens. B’sit tal-internet wieħed li juri internazzjonalità, u li jilħaq klijenti potenzjali mad-dinja kollha, inti tkabbar is-suq tiegħek b’mod proporzjonali.
Fiduċja
Sit tal-internet b’isem ta’ dominju b’estensjoni .eu, .ею jew .ευ jgħid lil klijenti tiegħek li inti entità legali bbasat fl-UE, l-Islanda, l- Liechtenstein u n-Norveġja u għalhekk inti soġġett għall-liġi tal-UE u għall-istandards ta’ negozju rilevanti.
Aħna nistgħu ngħinuk tipproteġi lilek innifsek u l-klijenti tiegħek fuq l-internet
Aħna nipprovdu protokoll tad-DNSSEC , li huwa misura tas-sigurtà li jnaqqas iċ-ċans li l-klijenti tiegħek jiġu diretti lejn, per eżempju, phishing jew siti tal-internet oħra bi intenzjonijiet ħżiena. Registry Lock Service jista jintuża biex jipproteġi l-ismijiet tad-dominji tiegħek minn tibdil mhux programmat intenzjonalment bħal tħassir jew trasferimenti.
Aħna noffru support bi ħafna lingwi
L-isem tad-dominju tiegħek jista’ jkun fih karattri minn kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE. Aħna noffru wkoll assisstenza bil-lingwi uffiċjali tal-UE kollha. Ikklikkja hawnhekk biex aqra iktar dwar IDN.