Aqbeż għall-kontenut ewlieni

Regoli għad-dominji

Jekk jogħġbok aqra t-Termini u l-Kundizzjonijiet dwar l-ismijiet tad-dominju taħt l-estensjonijiet .eu, .ею (skritt Ċirilliku) jew .ευ (skritt Grieg) u r-Regolament .eu ġdid (2019/517) li jemenda, u jħassar ir-Regolament 733/2002 u jħassar ir-Regolament 874/2004.

Kriterji ta’ Eliġibilità

Reġistrazzjoni ta’ isem tad-dominju .eu jista’ jintalab minn kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

  • ċittadin ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein jew, in-Norveġja, indipendenti mill-post ta’ residenza tagħhom;
  • persuna fiżika li mhijiex ċittadin ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, jew in-Norveġja, imma li hija residenti ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, jew in-Norveġja;
  • impriża li hija stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, jew in-Norveġja;
  • organizzazzjoni li hija stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, jew in-Norveġja mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali.

Disponibbiltà ta’ isem tad-dominju

Qabel ma tirreġistra isem tad-dominju, tista’ tivverifika fuq WHOIS fuq l-Internet, jekk id-dominju mixtieq huwiex disponibbli. Isem tad-dominju jkun disponibbli għar-reġistrazzjoni jekk:

  • għadu mhuwiex irreġistrat;
  • mhuwiex riservat jew imblukkat jew magħruf għar-Reġistri bħala ’ma jistax jiġi rreġistrat’ skont ir-Regoli;
  • mhuwiex parti minn Grupp ta’ Omoglifi Operazzjonali.

Data ta’ reġistrazzjoni lesta u preċiża

Ir-reġistrazzjoni jew it-tiġdid tal-isem tad-dominju tiegħek jista’ jsir biss permezz ta’ Reġistratur akkreditat.

Ir-reġistrazzjoni tal-isem tad-dominju tiegħek se tiġi kkunsidrata lesta biss meta tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja mar-reġistrazzjoni: 

  • Ismek sħiħ jew isem l-organizzazzjoni li qed tirrappreżenta. Jekk isem l-organizzazzjoni mhuwiex speċifikat, inti, bħala individwu, se tkun id-detentur tal-isem tad-dominju. Jekk ikun hemm isem ta’ organizzazzjoni speċifikat, l-organizzazzjoni, bħala entità legali, hija d-detentur tal-isem tad-dominju; 
  • L-indirizz sħiħ tiegħek (jew l-indirizz tal-organizzazzjoni li qed tirrappreżenta) 
  • Indikazzjoni tal-pajjiż taċ-ċittadinanza tiegħek, jekk inti ċittadin tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja iżda m’intix residenti fi Stat tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja; 
  • L-indirizz elettroniku tiegħek;
  • In-numru tat-telefown tiegħek li bih nistgħu nikkuntattjawk; 
  • Isem id-dominju li qed titlob; 
  • Il-lingwa tal-komunikazzjoni li tippreferi

Trid tipprovdi indirizz elettroniku li jaħdem sabiex tirċievi komunikazzjonijiet mingħandna u/jew minn fornitur ADR. Jekk l-indirizz ipprovdut ma jkunx qed jaħdem, aħna intitolati li nirrevokaw l-isem tad-dominju. 

Jekk l-informazzjoni tal-kuntatt tiegħek tinbidel, trid tikkuntattja lir-reġistratur tiegħek biex naġġornaw l-informazzjoni tiegħek immedjatament. Mhux possibbli taġġorna d-data tar-reġistrazzjoni tiegħek direttament magħna.

Tista’ taġġorna d-data tar-reġistrazzjoni tiegħek billi tilloggja f’my.eurid.eu.

Prevenzjoni ta’ abbuż

Ir-reġistrazzjoni tal-Isem tad-Dominju tiegħek tista’ tkun suġġett għal verifika tad-data ta’ reġistrazzjoni tiegħek u/jew għal verifiki ta’ sigurtà addizzjonali fi kwalunkwe ħin. Tista’ tintalab verifika jew qabel jew wara li l-isem tad-dominju tiegħek jiġi inkluż fiż-żona .eu .ею jew .ευ u jkun qed jaħdem. Aqra iktar fil-paġna dedikata li tispjega il-Kwalità tad-Data u l-proġett ta’ Kun Af lill-Klijent Tiegħek tagħna.

Iktar minn hekk, żomm dawn ir-regoli f’moħħok meta tiddeċiedi liema isem tad-dominju tixtieq tirreġistra:

Karattri aċċettati u kombinazzjonijiet

Ismijiet ta’ dominji klassiċi (mhux IDN) jikkonsistu fi:

  • Karattri a sa z
  • In-numri 0 sa 9
  • Il-ħajfin (-)
  • Jistgħu jiġu biss taħt l-estensjoni .eu.
  • Ma jistgħux jibdew jew jispiċċaw bi ħajfin (-).
  • Ma jistax ikollhom ħajfin fit-tielet u r-raba’ pożizzjoni.

Ismijiet ta’ dominji IDN jikkonsistu fi:

  • Numri minn 0 sa 9
  • Ħajfin (-)
  • Karattri tal-Unicode mill-kitba Ċirilliku, Grieg jew Latin. Ikklikkja hawnhekk għal lista sħiħa ta’ karattri b’support.
  • Ma jistgħux jiġu kkumbinati karattri minn kitbiet differenti. Il-karattri kollha tat-tieni livell (il-parti ta’ qabel l-estensjoni) trid tiġi minn kitba waħda. Ismijiet ta’ dominji magħmulin minn karattri Latini jkollhom estensjoni .eu, filwaqt li ismijiet ta’ dominji li huma biss magħmulin minn karatri Ċirilliċi se jkollhom estensjoni .ею u l-ismijiet ta’ dominju magħmulin minn karattri Griegi se jkollhom estensjoni .ευ. In-numri minn 0 sa 9 u l-ħajfin jistgħu jkunu wżati mal-karattri Latini, Ċirilliċi w Griegi kollha.
  • Ma jistgħux jibdew jew jispiċċaw bi ħajfin (-).
  • Ma jistax ikollhom ħajfin fit-tielet u r-raba’ pożizzjoni, ħlief jekk l-ewwel żewġ karattri jkunu “xn” u l-isem ta’ dominju jista’ jiġi konvertit għal IDN validu.

Ismijiet ta’ dominji esklussivament numeriċi:

  • Jikkonsistu biss minn numri 0 sa 9 u l-ħajfin.
  • Jistgħu jkunu rreġistrati taħt il-.eu kif ukoll l-estensjonijiet .ею jew .ευ.

Tul ta’ l-isem u IDNs

L-isem tad-dominju tiegħek irid ikun twil ta’ lanqas żewġ (2) karattri (mingħajr ma jinkludi l-estensjoni .eu jew il-varjanti fi scripts oħra) wara l-konversjoni tal-ittri kbar għal ittri żgħar u wara li saret in-normalizzazzjoni. Jekk trid tirreġistra IDN, applika din ir-regola qabel ma tikkonverti l-isem tiegħek f‘ACE string. Ċerti ismijiet huma kkunsidrati qosra wisq anke jekk huma twal żewġ karattri. Dan huwa għax ċerti kombinazzjonijiet ta’ żewġ karattri jistgħu jkunu wkoll rappresentati minn karattru singolu tal-Unicode.

L-isem tad-dominju tiegħek ma jistax ikun itwal minn 63 il-karattru (mingħajr ma jinkludi l-estensjoni .eu jew il-varjanti tiegħu fi kitbiet oħra) wara l-konverżjoni tal-ittri kapitali għal ittri żgħar u wara li tkun saret in-normalizzazzjoni u wara l-konverżjoni f’ACE string.

It-terminu (rinnovabbli) tar-reġistrazzjoni tal-Isem tad-Dominju tiegħek

It-terminu jibda mid-data tar-reġistrazzjoni tal-isem tad-dominju u jvarja minn sena (1) sa għaxar (10) snin, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor. It-terminu huwa taċitament rinnovat għal perjodi konsekuttivi għal sena (1). Ismijiet ta’ dominji rreġistrati fid-29 ta’ Frar jiskadu dejjem fit-28 ta’ Frar.

Ismijiet imblukkati

F'konformità mar-Regolament (UE) 2019/517 u  mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1862, għadd ta' ismijiet ta' dominju tal-.eu. tal-.ею u tal-.ευ ġew imblukkati minn Stati Membri tal-UE, jew mill-Iżlanda, min-Norveġja u mil-Liechtenstein. Jista' jagħti l-każ ukoll li ġew imblukkati minħabba li jikkostitwixxu l-kodiċijiet ISO alpha-2, li huma kodiċijiet b'żewġ ittri rikonoxxuti internazzjonalment biex jinnominaw pajjiżi u territorji.

Dan ifisser li dawn l-ismijiet ta' dominju ma jistgħux jiġu rreġistrati. Tista' tara l-lista tal-ismijiet imblukkati hawnhekk.

Ismijiet Riżervati

F'konformità mar-Regolament (UE) 2019/517 u  mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1862, għadd ta' ismijiet ta' dominju tal-.eu. tal-.ею u tal-.ευ ġew riżervati għall-użu jew minn Stati Membri tal-UE, jew mill-Iżlanda, min-Norveġja u mil-Liechtenstein, mill-EURid jew mill-Kummissjoni Ewropea.

Jekk hemm organizzazjonijiet jew persuni privati li jixtiequ jirreġistraw isem ta’ dominju riżervat, l-Awtorità tar-Reġistrazzjoni Nazzjonali rispettiva tistà tikkunsidra, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, li tattiva l-isem tad-dominju riżervat f'isem l-applikant. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-proċedura ta’ attivazzjoni għal ismijiet riżervati.