Tilwim fuq ismijiet ta' dominji

Ikkuntattja holder ta’ isem ta’ dominju

Jekk inti trid tikkuntattja detentur partikulari ta’ isem ta’ dominju, inti tista’ tikseb id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom mill-WHOIS ibbażata fuq l-internet.

Fittex risultati għal kumpaniji vs persuni privati

Jekk id-detentur huwa kumpanija jew organizzazzjoni, inti se tara l-isem tal-kumpanija/tal-organizzazzjoni, il-belt, il-pajjiż, l-indirizz tal-email, u l-lingwa ppreferuta għall-korrispondenza.

Jekk id-detentur huwa persuna privata, inti se tara biss l-indirizz tal-email tiegħu/tagħha u l-lingwa ppreferuta għall-korrispondenza. Id-data personali kollha l-oħra hija moħbija għal raġunijiet ta’ privatezza.

Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok iċċekkja l-Politika tal-WHOIS tagħna.

Rikjesta għal dettalji personali

Jekk għandek xi raġuni leġittima biex tikseb iktar dettalji ta’ kuntatt għajr dawk ipprovduti mill-WHOIS ibbażata fuq l-internet, imla l- formola tar-rikjesta u ibgħatha b’email lil [email protected] (jew b’faks lil +32 2 401 27 51).  Ir-rikjesta tiegħek trid tispjega għaliex int għandek bżonn id-dettalji ta’ kuntatt tad-detentur u kif ser tużahom.

L-iżvelar ta’ data personali huwa mmaniġġjat fuq bażi tal-Politika ta’ Privatezza.

Ikkuntesta isem ta’ dominju

Jekk inti trid tikkuntesta reġistrazzjoni ta’ isem ta’ dominju (taħt .eu jew il-varjanti tiegħu fi kitbiet oħra) u taħseb li:

  • għandek prijorità għad-dritt tal-isem tad-dominju(per eżempju, inti għandek pussess ta’trejdmark, trejdname, isem ta’ kumpanija, isem ta’ familja eċċ); u
  • il-holder kurrenti rreġistra jew juża l-isem tad-dominju għal-raġunijiet spekulativi jew abbużivi,

inti tista’ tikkuntesta r-reġistrazzjoni tagħha bi permezz tal-proċedura tar-Risoluzzjoni tat-Tilwim Alternattiv (ADR) jew fi qorti regolari.

X'hini proċedura ta' l-ADR?

ADR huwa l-alternattiva biex wieħed isib soluzzjoni għat-tilwim dwar ismijiet ta' dominji. Ħafna nies jagħżlu biex isibu soluzzjoni għat-tilwim bl-ADR għax ġeneralment huwa metodu iktar ta' malajr u iktar konvenjenti minn proċedura fil-qorti konvenzjonali.

ADR għal ismijiet ta’ dominji .eu (jew il-varjanti tiegħu fi kitbiet oħra) huwa offrut minn u jista’ jiġi mibdi minn dawn il-providers tal-ADR:

 

The Czech Arbitration Court (CAC)

The WIPO Arbitration and Mediation Center (WIPO Center)

 

Każijiet ta' ADR:

  • Jistgħu jiġu mibdija minajr l-għajnuna ta’ rapprezentant legali.
  • Jiġu segwiti fuq l-internet u bl-email, allura wieħed m'għandux bżonn jivvjaġġa.
  • Huma riżolti minn membri ta' penil indipendenti, u mhux minn mħallef. Il-membri tal-penil ħafna drabi huma esperti ta' proprejtà intellettwali.
  • Is-soltu jisseħħu fil-lingwa tal-holder tal-isem tad-dominju (kif spjegat fil-WHOIS) sakemm il-ftehim hu mod ieħor. Bħala persuna li għamlet l-ilment, inti tista’ tistaqsi biex tbiddel f’lingwa uffiċjali tal-.eu oħra. Il-persuni fuq il-penil huma dawk li jiddeċiedu jekk din ir-rikjesta tkunx milqugħa, imma tista’ tkun hemm miżata.
  • Jieħdu, bejn wieħed u ieħor, erba' xhur biex jiġu riżolti.
  • Huwa opzjoni iktar viabbli mill-lat ekonomiku milli proċeduri bil-qorti konvenzjonali.

L-ispejjeż ta' ADR

L-ispejjeż ivarjaw u jiddependu minn-numru tal-membri tal-penil u n-numru ta' ismijiet ta’ dominji li inti trid tikkontesta.

Għal lista kompluta tal-miżati jekk jogħġbok ara s-sit tal-internet tal-provider tal-ADR:

Għal CAC: http://eu.adr.eu/adr/fees/index.php

Għal WIPO Center: http://www.wipo.int/amc/en/domains/fees/

Kif tibda proċedura tal-ADR

Hemm ftit passi biss biex tibda proċedura Risoluzzjoni tat-Tilwim Alternattiva (ADR).

1. Għażel Provider

Biex tibda każ jew proċedura, għażel ADR provider tiegħek.

2. Għamel tilwima

La darba tkun għażilt ADR provider, tista’ tagħmel it-tilwima tiegħek bi permezz tas-sit tal-internet tiegħu. Waqt dan il-proċess inti trid tagħti d-dettalji tat-tilwima u l-argumenti li huma ta’ prova għall-każ tiegħek. Ikollok ukoll iċ-ċans biex t’allega evidenza rilevanti għall-każ tiegħek.

3. Stenna għad-deċiżjoni

Id-deċiżjoni tal-pennilists tkun bil-kitba u tiġi kkomunikata lilek fi tliet ġranet ta’ xogħol wara li l-Penil ikun laħaq deċiżjoni.

X'jiġri wara li proċedura tal-ADR tkun ġiet kompluta?

Jekk inti tirbaħ il-każ tiegħek:

  • Jekk inti eliġibbli biex tirreġistra ismijiet ta’ dominji taħt .eu jew il-varjanti tiegħu fi kitbiet oħra, ir-reġistrazzjoni tal-isem tad-dominju jiġi trasferit lilek wara perijodu ta’ appell ta’ 30 ġurnata.
  • Jekk inti m'intix eliġibbli biex tirreġistra ismijiet ta' dominji taħt-.eu, jew il-varjanti tiegħu fi kitbiet oħra, ir-reġistrazzjoni tiġi mħassra u l-isem jerġa jkun disponibbli għar-reġistrazzjoni wara perijodu ta' 30 ġranet ta' kwarantina.

Jekk inti titlef il-każ tiegħek:

  • Is-sentenzi ta’ l-ADR huma kkonsidrati bħala rabta legali sakemm inti ma tiddeċiedix li tappella d-deċiżjoni b’permezz ta’ qorti regolari qabel ma jgħaddu 30 ġurnata.