Aqbeż għall-kontenut ewlieni

Politika ta’ privatezza

F’EURid aħna nagħtu importanza kbira lill-protezzjoni tal-privatezza tiegħek. Fil-Politika ta’ Privatezza tagħna nixtiequ niċċaraw liema dejta personali nipproċessaw dwarek, għaliex u għal kemm żmien nipproċessawha u kif tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek biex tamministraha.

EURid hija responsabbli għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek.

Nistiednuk biex taqra bir-reqqa l-Politika ta’ Privatezza u t-Termini u l-Kundizzjonijiet ġenerali tagħna sabiex tifhem tajjeb kif nipproteġu d-dejta personali tiegħek.

Din il-politika ta’ privatezza tapplika għalik?

Din il-politika ta’ privatezza tapplika għalik jekk inti għamilt kuntatt magħna, bħala detentur individwali ta’ isem ta’ dominju rreġġġistrat taħt id-dominju ta’ livell għoli .eu jew varjanti possibli ta’ .eu fi skritti oħra  (minn hawn ‘il quddiem l-“Isem tad-Dominju”), bħala individwu li jaħdem għal grupp li miegħu għandna relazzjoni kuntrattwali, jew bħala viżitatur fil-bini jew fis-siti elettroniċi tagħna, jew b’xi modi oħra (permezz ta’ e-mail jew telefown, billi tattendi wieħed mill-avvenimenti tagħna, eċċ).

Id-dejta personali tiegħek tista’ tinġabar permezz tal-metodi li ġejjin: permezz tal-proċessi ta’ reġistrazzjoni ta’ Ismijiet ta’ Dominju permezz tan-network tagħna ta’ reġistraturi akkreditati; permezz tal-illoggjar tiegħek f’my.eurid.eu u l-verifika tal-validità tar-reġistrazzjoni tiegħek; permezz ta’ email, telefon; b’attendenza f’xi avveniment; bl-użu ta’ cookies jew teknoloġiji oħra li jintraċċaw il-viżitaturi fis-siti web tagħna; permezz ta’ komunikazzjonijiet minn fornituri jew sħab; permezz ta’ xhieda; permezz ta’ għodod ta’ kontroll ta’ aċċess jew billi timtela formola fuq is-siti web tagħna; jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor. Xi drabi nistgħu niġbru d-dejta personali tiegħek ukoll jekk irreġistrajt isem ta’ dominju (minbarra Isem tad-Dominju) ma’ reġistru ieħor permezz ta’ reġistratur li jdaħħal id-dejta personali tiegħek fis-sistema ta’ reġistrazzjoni tagħna.

X’dejta personali nipproċessaw dwarek?

Dejta personali hija kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (i) li inti volontarjament tipprovdilna (eż. permezz tal-formoli online tagħna fuq is-sit elettroniku tagħna, dikjarazzjonijiet bil-miktub, eċċ.), (ii) li niġbru miż-żjara/żjarat tiegħek fil-bini, f’avvenimenti jew sit(i) elettroniku/elettroniċi tagħna jew permezz tal-aċċess u l-użu tiegħek tal-prodotti jew is-servizzi tagħna (pereżempju, billi tidħol bil-login tiegħek f’my.eurid.eu).

Fil-kuntest tal-attivitajiet kummerċjali tagħna, u sabiex nipprovdulek servizz tajjeb u ntejbu s-servizzi tagħna fejn possibbli, aħna nistgħu nipproċessaw id-dejta personali li ġejja dwarek: l-isem/ismijiet ta’ dominju tiegħek, l-alias ta’ identifikazzjoni uniku tiegħek, l-ewwel isem, it-tieni isem u l-kunjom tiegħek, l-indirizz (irreġistrat) tiegħek, in-numru(i) tat-telefon tiegħek, l-indirizz(i) tal-email tiegħek, il-preferenzi tal-lingwa tiegħek, l-organizzazzjoni li taħdem għaliha, il-pajjiż taċ-ċittadinanza tiegħek, in-numru ta’ reġistrazzjoni tad-dokument ta’ identifikazzjoni tiegħek, id-data ta’ skadenza tad-dokument ta’ identifikazzjoni tiegħek, il-muniċipalità li toħroġ id-dokument ta’ identifikazzjoni tiegħek, in-numru tal-kont tal-bank tiegħek, [id-data ta’ twelid tiegħek], [is-sess tiegħek], [l-istatus speċjali tiegħek], l-indirizz tal-IP tiegħek u kwalunkwe dejta personali oħra li tista’ tipprovdilna.

Aħna niġbru d-dejta personali tiegħek mill-kumpanija li permezz tagħha tirreġistra l-Isem/l-Ismijiet tad-Dominju tiegħek. Dik il-kumpanija tista’ tkun waħda mir-reġistraturi1 akkreditati tagħna jew waħda mill-bejjiegħa mill-ġdid tagħha li jiġbru d-dejta personali tiegħek f’isem EURid.

Għal liema skopijiet nipproċessaw id-dejta personali tiegħek?

Aħna nipproċessaw id-dejta personali tiegħek għal diversi skopijiet:

Sabiex inkunu nistgħu noffru l-aħjar servizzi possibbli għall-Isem tad-Dominju tiegħek, jeħtieġ li niġbru xi dejta personali rilevanti fir-rigward tar-reġistrazzjoni tiegħek. Dan jippermettilna wkoll li nidentifikawk u nagħmlu kuntatt miegħek direttament fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-Isem tad-Dominju tiegħek jekk, u meta jkun meħtieġ.

Aħna jeħtieġ li nżommu database kompluta u preċiża tal-Ismijiet tad-Dominju rreġistrati kollha. L-iskop tal-faċilità tat-tiftix WHOIS (https://whois.eurid.eu/mt/) huwa li tipprovdi informazzjoni preċiża u aġġornata dwar il-persuni ta’ kuntatt tekniċi u amministrattivi li jamministraw l-Ismijiet tad-Dominju2. Dan jgħinna noħolqu u nżommu ambjent tal-Internet affidabbli u aktar sigur. Barra minn hekk, id-dejta personali tiegħek ma tistax tiġi pproċessata għal finijiet ta’ identifikazzjoni sabiex tiġi vverifikata l-validità tar-reġistrazzjoni tiegħek.

Aħna nużaw id-dejta personali tiegħek biex inżommu u nibnu relazzjonijiet fit-tul u sostenibbli u neżegwixxu l-kuntratt li jista’ jkollna. Aħna nużaw id-dejta personali tiegħek biex inwieġbu għall-mistoqsijiet tiegħek, biex nissodisfaw it-talbiet tiegħek, u/jew biex nibagħtulek informazzjoni amministrattiva.

Id-dejta personali tiegħek tista’ tintuża biex tikkonforma ma’ regolamenti applikabbli, biex twieġeb għal talbiet jew pretensjonijiet minn awtoritajiet pubbliċi u governattivi (inklużi awtoritajiet pubbliċi u governattivi barra mill-pajjiż ta’ residenza tiegħek), jew biex tipproteġi d-drittijiet, il-privatezza, is-sigurtà jew il-proprjetà tagħna, u/jew l-entitajiet tagħna.

Aħna nistgħu nużaw id-dejta personali tiegħek biex nibgħatulek messaġġi promozzjonali, informazzjoni kummerċjali, reklamar, u informazzjoni oħra li tista’ tkun ta’ interess għalik.

Fuq liema bażi legali nipproċessaw id-dejta personali tiegħek?

Nistgħu nipproċessaw id-dejta personali tiegħek abbażi ta’ raġunijiet legali differenti kif ġej:

  • L-ipproċessar jista’ jkun meħtieġ sabiex ikun hemm konformità mal-obbligi legali tagħna bħala reġistru jew bħala kontrollur tad-dejta;
  • L-ipproċessar jista’ jkun meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt tiegħek magħna<
  • L-ipproċessar huwa meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi leġittimi tagħna, bħal: l-interessi ekonomiċi, kummerċjali u finanzjarji, kontinwità kummerċjali, is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u l-prodotti tal-klijent, u s-sigurtà tal-infrastruttura diġitali u fiżika;
  • F’każijiet eċċezzjonali, l-attivitajiet tal-ipproċessar tagħna jistgħu jitwettqu bil-kunsens tiegħek.

Ma’ min nikkondividu d-dejta personali tiegħek?

Aħna qatt ma nbigħu d-dejta personali tiegħek lil ħadd. Sal-limitu permess mil-liġi applikabbli, id-dejta personali tiegħek tista’ tiġi żvelata lill-entitajiet li ġejjin:

Entitajiet tal-EURid: Bħala parti mill-attivitajiet tal-ipproċessar għall-għanijiet imsemmija hawn fuq, id-dejta personali tista’ tiġi żvelata lil entitajiet oħra tal-EURid.

Il-Kummissjoni Ewropea u istituzzjonijiet jew aġenziji relatati: EURid ġiet maħtura mill-Kummissjoni Ewropea bħala l-maniġer tar-reġistru ta’ .eu ccTLD u varjanti possibbli ta’ .eu fi skritti oħra. Nistgħu nikkondividu d-dejta personali tiegħek mal-Kummissjoni Ewropea jew ma’ kwalunkwe istituzzjoni jew aġenzija relatata.

Fornituri ta’ servizz ta’ depożitu f’idejn terzi u ta’ ħażna: Sabiex tiġi ggarantita l-kontinwità tan-negozju tagħna, jeħtieġ li naħżnu u li jkollna back-up tad-dejta kollha ta’ reġistrazzjoni, inkluża d-dejta personali tiegħek. Għat-tali servizz ta’ depożitu f’idejn terzi, ta’ ħażna u back-up tad-dejta personali kollha, aħna niddependu fuq fornituri li jinsabu fl-Unjoni Ewropea.

Partijiet terzi: Għal raġunijiet leġittimi, id-dejta personali tiegħek tista’ tiġi żvelata lil partijiet terzi, bħal awtoritajiet governattivi.

Istituzzjonijiet ta’ riċerka: Aħna nistgħu nikkondividu d-dejta personali tiegħek ma’ istituzzjonijiet għal skopijiet ta’ riċerka (statistika jew xjentifika). Nagħmlu l-almu tagħna kollu biex nassiguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex nipproteġu d-dejta personali tiegħek.

Fornituri ta’ servizzi ta’ verifika tal-identifikazzjoni jew ta’ prevenzjoni tal-abbuż: Sabiex jiġu evitati reġistrazzjonijiet abbużivi ta’ Ismijiet tad-Dominju li jibagħtu dejta ta’ reġistrazzjoni mhux identifikata, żbaljata jew skaduta, nistgħu nużaw fornituri terzi ta’ servizzi biex tiġi vverifikata d-dejta ta’ reġistrazzjoni li inti ppreżentajt.

Awdituri: Biex jiġi assigurat li l-operat tan-negozju tagħna jiġi vvalutat b’mod korrett, l-awdituri jista’ jkollhom aċċess għad-dejta personali tiegħek.

Fornituri ta’ helpdesk ta’ appoġġ: Sabiex nipprovdulek appoġġ kontinwu, nistgħu nqabbdu partijiet terzi bħala fornituri ta’ helpdesk. Biex nipprovdulek appoġġ adegwat, dawn il-fornituri jista’ jkollhom aċċess għad-dejta personali tiegħek.

Meta nikkondividu d-dejta personali tiegħek, kull fejn hu possibbli nippruvaw nagħtu istruzzjonijiet lir-riċevituri biex jipproċessaw id-dejta personali tiegħek skont l-istruzzjonijiet tagħna.

X’inhuma d-drittijiet tiegħek fir-rigward tad-dejta personali tiegħek?

Sakemm it-talba tiegħek ma titqiesx bħala eċċessiva jew mingħajr bażi, tista’ teżerċita d-drittijiet li ġejjin fir-rigward tad-dejta personali tiegħek:

  • Inti għandek id-dritt li titlob informazzjoni dwar id-dejta personali tiegħek;
  • Inti għandek id-dritt li titlob kopja tad-dejta kollha tiegħek f’format standard;
  • Int għandek id-dritt li timmodifika jew tikkoreġi d-dejta personali tiegħek jekk tkun żbaljata;
  • Int għandek id-dritt li titlob ir-restrizzjoni ta’ ċerti attivitajiet ta’ pproċessar f’ċerti ċirkostanzi;
  • Int għandek id-dritt li toġġezzjona kontra ċerti attivitajiet ta’ pproċessar;
  • Inti għandek id-dritt li tirtira l-kunsens tiegħek;
  • Inti għandek id-dritt li tħassar id-dejta personali tiegħek f’ċerti ċirkostanzi;
  • Tista’ faċilment teżerċita kwalunkwe wieħed mid-drittijiet tiegħek billi timla u tissottometti l-formola online tagħna.

Aħna nirriservaw id-dritt li nitolbu ħlas raġonevoli f’każ li t-talba tiegħek titqies eċċessiva fid-diskrezzjoni unika tagħna.

Barra minn hekk, għandek id-dritt li tippreżenta lment mal-awtorità ta’ sorveljanza lokali tiegħek, jekk taħseb li l-ipproċessar tagħna tad-dejta personali tiegħek mhux konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

Jekk għandek Isem tad-Dominju, jekk jogħġbok għinna nżommu l-Internet sigur billi tiżgura li d-dejta personali tiegħek hija preċiża, kompluta u aġġornata f’kull ħin. Aħna nagħtuk is-setgħa li tieħu kontroll tad-dejta personali tiegħek u tivverifikaha fuq: https://my.eurid.eu/mt/auth/login/.

Dejjem tista’ tistaqsina dwar id-dejta personali tiegħek billi tibgħat email lil [email protected].

Fejn u għal kemm żmien inżommu d-dejta personali tiegħek?

Id-dejta personali tiegħek tinħażen kemm elettronikament kif ukoll manwalment, internament u minn partijiet terzi, fiċ-ċentri tad-dejta tagħna fl-Unjoni Ewropea, u jista’ jkun hemm aċċess għaliha mill-uffiċċji tagħna permezz ta’ konnessjonijiet ta’ network apposta jew mill-bogħod permezz ta’ konnessjoni VPN awtentikata.

Aħna nħażnu d-dejta personali tiegħek f’forma li tippermetti l-identifikazzjoni għal mhux aktar milli hu meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-dejta personali tiegħek tiġi pproċessata. Dan il-perjodu ta’ żamma huwa differenti skont it-tip ta’ dejta personali pproċessata, l-iskop tal-ipproċessar u tali fatturi oħra.

Bħala detentur ta’ Isem tad-Dominju, aħna nżommu d-dejta personali tiegħek għal għaxar (10) snin wara li tkun saret irrelevanti3.

F’każ li rreġistrajt isem ta’ dominju (minbarra Isem tad-Dominju) ma’ reġistru ieħor permezz ta’ reġistratur li jdaħħal id-dejta personali tiegħek fis-sistema ta’ reġistrazzjoni tagħna, id-dejta personali tiegħek tinżamm fis-sistemi tagħna għal sena (1) wara r-reġistrazzjoni.

Id-dejta personali ta’ individwi li niġbru barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kuntratt fil-kuntest tal-attivitajiet kummerċjali tagħna tinżamm sakemm issir irrelevanti (fil-prinċipju wara sena (1)).

X’miżuri ta’ sigurtà jittieħdu biex tiġi protetta d-dejta personali tiegħek?

Aħna nimplimentaw u naġġornaw kontinwament il-miżuri tas-sigurtà tagħna biex ngħinu nipproteġu d-dejta personali tiegħek u informazzjoni oħra kontra aċċess mhux awtorizzat, telf, qerda jew tibdil. Aħna nagħmlu l-almu tagħna kollu biex niżguraw li l-informazzjoni kollha tinħażen b’mod sigur u nitolbu lill-fornituri tas-servizzi tagħna biex japplikaw miżuri ta’ sigurtà adegwati.

Cookies u teknoloġiji oħra ta’ sorveljanza

Meta żżur is-siti elettroniċi tagħna, nistgħu naħżnu ċerta informazzjoni fuq l-apparat tiegħek f’forma ta’ cookie. Nistiednuk biex taqra bir-reqqa l-politika tal-cookies tagħna sabiex tifhem tajjeb kif aħna napplikaw jew nużaw il-cookies.

KIF TIKKUNTATTJANA

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din il-politika ta’ privatezza, jew jekk tixtieq teżerċita xi wieħed mid-drittijiet tiegħek elenkati hawn fuq, jekk jogħġbok ikkuntattja l-Uffiċċju tal-Privatezza tagħna permezz ta’ [email protected].


1. Il-lista tar-reġistraturi .eu kollha akkreditati tista’ tinstab fuq https://eurid.eu/mt/irregistra-isem-ta-dominju/sib-reistratur/
2. Artikolu 12, REGOLAMENT (UE) 2019/517 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta' Marzu 2019.
3. Kodiċi Ċivili Belġjan Art. 2262 bis.