Aqbeż għall-kontenut ewlieni

Nixtieq nirreġistra .eu, .ею jew .ευ

Kemm tiswa reġistrazzjoni?

Il-prezz ivarja skont ir-reġistratur. Reġistraturi akkreditati jistabilixxu l-prezzijiet tagħhom u anke s-servizzi relatati.
Għandek bżonn għajnuna biex tagħżel reġistratur? Tista’ tuża l-lista tar-reġistraturi tagħna biex issib wieħed.

 

 

Min jista’ jirreġistra isem ta’ dominju .eu jew .ею?

Inti tista’ tirreġistra isem ta’ dominju .eu, .ею jew .ευ jekk tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

 

  • Inti individwu li jirresjedi f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, jew in-Norveġja, jew ċittadin ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, jew in-Norveġja (mit-2 ta’ Awwissu 2021).
  • Inti tirrappreżenta organizzazzjoni stabbilita: f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, jew fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein jew fin-Norveġja.

Id-dokument tat-Termini u Kundizzjonijiet jispjega min huwa eliġibbli biex jirreġistra isem ta’ dominju, u l- obbligi tad-detenturi ta’ ismijiet ta’ dominji. Flimkien mal-Politika ta’ Privatezza u l-Politika tal-WHOIS, jipprovdu informazzjoni dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data.

 

Kif nista’ nsib reġistratur akkreditat?

Inti tista’ issib reġistratur akkreditat billi tfittex fil-lista tar-reġistraturi tagħna. Inti tista’ tfittex permezz tal-lingwa, il-pajjiż, jew servizz.

 

Xi ħadd irreġistra isem ta’ dominju li rrid jien jew li għandi iktar dritt għalih mid-detentur kurrenti. X’nagħmel?

Ismijiet ta’ dominji taħt .eu (jew il-varjanti tiegħu f’kitbiet oħra) huma rreġistrati fuq bażi ta’ “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel”. Jekk l-isem tad-dominju li trid huwa diġà rreġistrat, inti tista’ tipprova tikkuntattja d-detentur tal-isem ta’ dominju u tistaqsi jekk ikunx lest biex iċedi l-isem ta’ dominju. 

 

Ara s-sit tal-internet tagħna għal iktar informazzjoni fuq dawn is-suġġetti:

Kif tikkuntattja detentur ta’ isem ta’ dominju

Tilwim dwar ismijiet ta' dominji

Ismijiet imblukkati u riservati