Jiena holder ta’ isem ta’ dominju
Inti għandek tikkuntattja lir-reġistratur tiegħek.
Jekk ma tafx id-dettalji ta’ kuntatt tar-reġistratur tiegħek, daħħal l-isem ta’ dominju tiegħek fis-search box tal-WHOIS biex taċċedi d-data għar-reġistrazzjoni tad-dominju tiegħek, li tinkludi d-dettalji ta’ kuntatt tar-reġistratur tiegħek.
Jekk jogħġbok innota li r-reġistraturi akkreditati xi kultant jikkooperaw ma’ sottokuntratturi jew intermedjarji biex joffru servizzi ta’ reġistrazzjoni ta’ ismijiet ta’ dominji lill-pubbliku. Madankollu, reġistraturi akkreditati biss jistgħu jaċċedu għas-sistemi ta’ reġistrazzjoni u jidhru għaldaqstant fil-WHOIS ibbażata fuq l-internet. Ir-reġistratur li fl-aħħar aċċeda s-sistemi ta’ reġistrazzjoni biex jirreġistra l-isem ta’ dominju tiegħek normalment jidher fil-WHOIS ibbażata fuq l-internet. Madankollu, id-data dwar ir-rivenditurtista’ tidher ukoll fil-WHOIS output bħala “reseller contact”.
Billi jkollok My .eu account iħallik, bħala detentur ta’ isem ta’ dominju, timmaniġġja ċerti aspetti tal-isem ta’ dominju tiegħek. Aqra iktar dwar il-My .eu account u ikseb aċċess.
Tista’ tiċċekkja liema name servers huma kkollegati mal-isem ta’ dominju tiegħek billi tuża l-WHOIS ibbażata fuq l-internet.
Daħħal l-isem ta’ dominju tiegħek fis-search box tal-WHOIS u mbagħad immarka l-qasam tal-Captcha, jekk ikun meħtieġ. Inti mbagħad tara informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-isem ta’ dominju tiegħek, inklużi n-name servers ikkollegati u d-dettalji ta’ kuntatt tar-reġistratur tiegħek.
Jekk trid tbiddel in-name servers ikkollegati mal-isem ta’ dominju tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-reġistratur tiegħek.
L-isem ta’ dominju tiegħek huwa fi kwarantina għax kien ġie kkanċellat. Ismijiet jitqiegħdu fi kwarantina għal 40 ġurnata, imma jistgħu jiġu riattivati fi kwalunkwe waqt matul il-kwarantina. Waqt il-perijodu ta’ kwarantina, siti tal-internet jew indirizzi ta’ e-mail marbuta mal-ismijiet ta’ dominji ma jaħdmux iktar. Meta l-perijodu ta’ kwarantina jkun għadda, l-ismijiet ta’ dominji jiġu rilaxxati u jistgħu jiġu rreġistrati minn kwalunkwe persuna fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel
Biex tirriattiva l-isem ta’ dominju tiegħk qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ kwarantina tiegħu, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-reġistratur tiegħek. Alternattivament, inti tista’ tittrasferixxi d-dominju tiegħek lil reġistratur ġdid biex jirriattiva l-isem ta’ dominju tiegħek. Jekk jogħġbok ikkonsulta mar-reġistratur tiegħek dwar l-ispejjeż relatati.
Hemm tliet raġunijiet għaliex isem ta’ dominju jista’ jiġi mħassar:
- id-detentur tal-isem ta’ dominju ma jridx iżjed l-isem. F’dan il-każ, il-kwarantina ta’ 40 ġurnata sservi bħala perijodu fejn wieħed jerġa jaħsibha. L-isem jista’ jiġi riattivat fil-perijodu ta’ kwarantina jekk id-detentur tal-isem ta’ dominju jiddeċiedi li wara kollox irid iżomm l-isem.
- id-detentur tal-isem ta’ dominju ma ħallasx il-miżata għat-tiġdid u r-reġistratur tiegħu kellu jħassar l-isem minħabba pagament li ma sarx fil-ħin. Wara 40 ġurnata fi kwarantina l-isem ta’ dominju jiġi rilaxxat għar-reġistrazjoni ġenerali fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, sakemm id-detentur ma jiddeċidix li jirriattivah qabel.
- l-isem ta’ dominju ġie rrevokat minn EURid minħabba li d-detentur tal-isem ta’ dominju ma laħaqx il-kriteri ta’ eliġibbiltà. Ismijiet ta’ dominji rrevokati jistgħu jiġu riattivati biss mill-EURid.
Jekk trid tħassar l-isem ta’ dominju tiegħek; tista’ tittrasferixxih lil xi ħaddieħor jew titlob li jiġi kkanċellat. It-tħassir tal-isem tiegħek ifisser li l-isem u d-dettalji kollha assoċjati miegħu, bħal ismek u l-indirizz, eċċ., jiġu mħassrin mill-WHOIS ibbażata fuq l-internet tagħna. Ikkuntattja lir-reġistratur tiegħek biex tikkanċella l-isem tiegħek.
Meta l-isem ta’ dominju jiġi kkanċellat, dan jagħmel 40 ġurnata fi kwarantina. Dan il-perijodu jiffunzjona bħala perijodu biex wieħed jerġa’ jaħsibha sabiex inti tkun tista’ tieħu l-isem ta’ dominju tiegħek lura jekk tibdel fehmtek, jew jekk l-isem ta’ dominju tħassar b’mod involontarju. Wara dan il-perijodu ta’ kwarantina, l-isem ta’ dominju jiġi rilaxxat għar-reġistrazzjoni. Dan ifisser li jista’ jiġi rreġistrat minn ħaddieħor fuq bażi ta’ min japplika l-ewwel jinqeda l-ewwel.
Jekk jogħġbok innota li, skont il-Politika ta’ Privatezza tagħna, id-data personali tiegħek mhux se tibqa’ viżibbli fil-WHOIS ibbażata fuq l-internet wara li jiġi rrilaxxat l-isem ta’ dominju mill-kwarantina. Aħna, madankollu, se nżommu d-data fil-fajls għal għaxar snin, fil-każ li tkun meħtieġa għall-finijiet ta’ difiża legali, f’konformità mal-liġi Belġjana.
L-EURid iġġedded awtomatikament l-isem ta’ dominju tiegħek għal sena oħra meta jasal fl-aħħar tat-terminu ta’ reġistrazzjoni tiegħu. Madankollu, jekk jogħġbok ikkuntattja r-reġistratur tiegħek biex tikkonferma meta l-isem ta’ dominju tiegħek ser jiskadi u x’jiġrilu meta jseħħ hekk, peress li reġistraturi differenti għandhom politiki differenti. Aqra iktar dwar id-dati tal-iskadenza.
Jekk il-kodiċi tal-awtorizzazzjoni tiegħek ma taħdimx, dan jista’ jkun minħabba waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
- il-kodiċi tal-awtorizzazzjoni ma kinitx miktuba sewwa jew ma ġietx ittajpjata b’mod korrett;
- tkun skadiet;
- intalbet kodiċi tal-awtorizzazzjoni ġdida fil-frattemp, bil-konsegwenza li l-qadima ma baqgħetx valida.
- diġà ġiet użata
Aqra iktar dwar il-kodiċi ta’ awtorizzazzjoni.
Ir-reġistraturi huma responsabbli għall-amministrazzjoni tal-ismijiet ta’ dominji fil-portafoll tagħhom u għall-implimentazzjoni teknika ta’ ismijiet ta’ dominji. Biex jaħdem sew, l-isem ta’ dominju tiegħek irid ikun irreferenzjat minn name server wieħed jew aktar. Name server jassoċja isem ta’ dominju ma’ mail server, web server, eċċ. L-assoċjazzjoni ta’ din id-data teknika trid tinżamm aġġornata minn reġistratur fl-hekk imsejħa zone files.
Jekk jogħoġbok ikkuntattja lir-reġistratur tiegħek biex tivverifika jekk dak iż-zone file ġiex ittrasferit jew aġġornat.
Mit-2 ta’ Awwissu 2021, iċ-ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, jew in-Norveġja jistgħu jirreġistraw isem ta’ dominju taħt .eu (jew il-varjanti tiegħu f’kitbiet oħrajn), b’mod indipendenti mill-pajjiż ta’ residenza tagħhom. Jekk inti tixtieq taġġorna d-data ta’ reġistrazzjoni tiegħek abbażi taċ-ċittadinanza tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja r-reġistratur tiegħek (il-kumpanija li permezz tagħha rreġistrajt l-isem ta’ dominju).
Ir-reġistratur tiegħek jista’ jaġġorna d-data ta’ reġistrazzjoni tiegħek u jinkludi l-pajjiż ta’ ċittadinanza fil-kaxxa pprovduta taċ-“Ċittadinanza”. Inti tista’ tivverifika d-data ta’ reġistrazzjoni tal-isem ta’ dominju tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tidħol fil-kont tiegħek fuq https://my.eurid.eu.
Jekk inti qiegħed tfittex reġistratur li joffri reġistrazzjoni bbażata fuq il-kriterju ta’ ċittadinanza, jekk jogħġbok żur il-paġna “Sib Reġistratur”, iffiltra l-lista fis-sezzjoni “Servizzi”, u agħżel “Reġistrazzjonijiet ibbażati fuq iċ-ċittadinanza”.