Inkjesti tekniċi u ta’ privatezza
ACE string jirriżulta meta inti ddaħħal l-IDN fl-address bar tal-brawżer tiegħek u jiġi mibdul f’format li jista’ jinftiehem mis-Sistema tal-Isem ta’ Dominju.
Jekk jogħġbok ara r-Regoli għall-ismijiet ta’ dominji tagħna biex tiċċekkja s-sintassi meħtieġa għal IDNs.
Ismijiet ta’ dominji jistgħu jidhru simili ta’ xulxin, skont l-iskritta u l-font li jintużaw. Fil-fatt ċertu karattri jew glyphs għandhom forma li jistgħu jidhru identiċi jew jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu distinti mad-daqqa t’għajn. Ismijiet ta’ dominji huma kkunsidrati homoglyphs ta’ xulxin jekk il-karattri kollha ta’ isem ta’ dominju wieħed huma homoglyphs tal-karattri kollha tal-ismijiet ta’ dominji l-oħra, fil-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom.
Homoglyph Bundle huwa sett ta’ ismijiet ta’ dominji li huma kollha homoglyphs ta’ xulxin.
Ċertu reġistri adottaw politiki biex jimmaniġġjaw homoglyph bundles. L-approċċ tal-EURid huwa li tiżgura li ladarba isem ta’ dominju minn ċertu homoglyph bundle huwa rreġistrat, mhuwiex possibbli li jiġi rreġistrat xi isem ta’ dominju ieħor li huwa tal-istess bundle.
L-iskop ta’ dan l-approċċ huwa biex inaqqas ir-riskju ta’ konfużjoni li jirriżulta minn ismijiet ta’ dominju li forsi jidhru simili ta’ xulxin.
EURid introduċiet l-isem ta’ dominju .ею (.eu fil-kitba Ċirillika) fl-1 ta’ Ġunju 2016 u l-isem ta’ dominju .ευ (.eu fil-kitba Griega) fl-14 ta’ Novembru 2019. Mit-tnedija tal-isem ta’ dominju .ею, il-EURid inforza r-regola bażika li l-kitba tat-tieni livell għandha tkun taqbel mal-kitba tal-ogħla livell. Mis-16 ta’ Ottubru 2019, l-ismijiet ta’ dominju Ċirilliċi m’għadhomx affettwati mill-proċedura tal-homoglyph bundle. Dan huwa spjegat permezz tal-fatt li l-estensjoni Ċirillika ma tistax twassal għal tfixkil viżiv meta l-ismijiet ta’ dominju Ċirilliċi jitqabblu mal-ismijiet ta’ dominju Griegi jew Latini.
Ta’ min jinnota li l-EURid qatt ma ħalliet script mixing mindu ġew imnedija IDNs sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-preżenza ta’ ismijiet ta’ dominji simili li jistgħu jitfixklu ma’ xulxin.
Il-faċilità WHOIS lookup hija protokoll li tippermetti lill-utenti jaċċessaw il-bażi tad-data tal-isem ta’ dominju tal-EURid. L-użu tal-faċilità WHOIS lookup tippermettilek li tiċċekkja isem ta’ dominju .eu jew il-varjanti tiegħu fi skritti oħra, sabiex tiċċekkja d-disponibbiltà tiegħu. Jekk isem ta’ dominju huwa rreġistrat, il-WHOIS ibbażata fuq l-internet se turi d-dettalji ta’ kuntatt tad-detentur tal-isem ta’ dominju u informazzjoni addizzjonali oħra dwar ir-reġistrazzjoni. Aqra aktar dwar l-ipproċessar tad-data personali meta tuża l-WHOIS ibbażata fuq l-internet fil-Politika tal-WHOIS u l-Politika ta’ Privatezza.
Jekk jogħġbok ikkuntattja lir-reġistratur tiegħek biex jibdel jew jaġġorna d-dettalji ta’ kuntatt tiegħek għalik.
Huwa importanti ħafna li d-dettalji ta’ kuntatt tiegħek huma preċiżi u aġġornati. Jekk id-dettalji ta’ kuntatt tiegħek huma foloz, fihom żbalji jew huma qodma, aħna ma nkunux nistgħu nikkuntattjawk u tista’ titlef l-isem ta’ dominju tiegħek.
L-ammont ta’ informazzjoni ta’ kuntatt li jidher fil-WHOIS ibbażata fuq l-internet jiddependi fuq jekk l-isem ta’ dominju huwiex irreġistrat minn kumpanija jew minn organizzazzjoni jew minn individwu privat.
Jekk irreġistrajt isem ta’ dominju .eu (jew il-varjanti tiegħu f’kitbiet oħra) u ma tixtieqx turi l-indirizz tal-email primarju tiegħek fil-WHOIS ibbażata fuq l-internet, inti tista’ tipprovdi lir-reġistratur tiegħek b’indirizz alternattiv tal-email li jaħdem biex jintwera fil-WHOIS ibbażata fuq l-internet. Inti se tkun tista’ tivverifika ż-żewġ indirizzi tal-email fuq il-kont tiegħek "My .eu".
Jekk jogħġbok innota li l-indirizz tal-email użat fir-reġistrazzjoni ta’ isem ta’ dominju ma jistax jinkludi l-estensjoni tal-isem ta’ dominju ġdid irreġistrat. L-estensjoni tal-indirizz tal-email trid tkun differenti mill-isem ta’ dominju rreġistrat.
Is-servizzi proxy jaħbu d-dettalji ta’ kuntatt tad-detentur tal-isem ta’ dominju u huma offruti għal diversi raġunijiet. Waħda mir-raġunijiet għalxiex wieħed għandu juża servizz proxy hija biex tiġi żgurata l-privatezza: xi detenturi ma jridux li d-data privata tagħhom tintwera fuq il-WHOIS ibbażata fuq l-internet. Fil-EURid, aħna awtomatikament innaqqsu l-ammont ta’ data personali tal-individwi li tkun disponibbli fuq il-WHOIS ibbażata fuq l-internet. Dan huwa limitat għall-indirizz tal-email u l-lingwa, li huma meħtieġa sabiex ikun jista’ jiġi kkuntattjat id-detentur tad-dominju. Tintwera informazzjoni addizzjonali għal entitajiet legali li għandhom isem ta’ dominju.
Jekk irreġistrajt isem ta’ dominju taħt .eu (jew il-varjanti tiegħu f’kitbiet oħra) u tixtieq li l-indirizz tal-email tiegħek ma jkunx viżibbli fuq il-WHOIS ibbażata fuq l-internet, inti tista’ tipprovdi lir-reġistratur tiegħek b’indirizz addizzjonali tal-email li jaħdem, li se jintwera fuq il-WHOIS ibbażata fuq l-internet minflok l-indirizz attwali. Inti se tkun tista’ tivverifika ż-żewġ indirizzi tal-email fuq il-kont tiegħek My .eu.
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tad-data personali, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Politika tal-WHOIS tagħna u l-Politika ta’ Privatezza tagħna jew ikkuntattjana fuq [email protected].
Id-data personali ta’ kwalunkwe suġġett tad-data li jidħol f’kuntatt magħna hija pproċessata skont il-Politika ta’ Privatezza tagħna. Jekk tixtieq tkun taf liema data personali tipproċessa dwarek l-EURid, jekk jogħġbok imla formola ta’ talba għal aċċess tad-data (DAR) online. Jekk inti detentur ta’ isem ta’ dominju .eu (jew varjanti oħra ta’ skritti), jekk jogħġbok irreferi wkoll għall-Politika tal-WHOIS għal dettalji dwar l-ipproċessar tad-data personali meta wieħed juża l-WHOIS ibbażata fuq l-internet. Bħala detentur ta’ dominju inti tista’ wkoll tara d-data personali tiegħek permezz tal-paġna web“My .eu”.
Fuq il-paġna ddedikata tal-GDPR iddedikata, inti tista’ tara ħarsa ġenerali sħiħa dwar il-bidliet li adattajna għall-proċeduri u d-dokumenti tagħna fid-dawl tal-introduzzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data fil-25 ta’ Mejju 2018.
Jekk għandhek xi mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tad-data li ma tistax issib tweġibiet għalihom fid-dokumentazzjoni tagħna, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Uffiċċju tal-Privatezza tagħna fuq [email protected].
Biex jiġġieled kontra l-użu frawdolenti tal-ismijiet tad-dominju, EURid regolarment iwettaq kontrolli fuq id-data tar-reġistrazzjoni, u, fl-aħħar mill-aħħar, jista’ jistiednek tipprovdi evidenza tal-korrettezza tagħha permezz tal-kont My .eu tiegħek.
Jekk irċevejt email minn EURid ([email protected]) titolbok tivvalida l-identità u/jew id-dettalji ta’ kuntatt tiegħek, jekk jogħġbok segwi dawn il-passi:
- Jekk jogħġbok innota l-iskadenza speċifikata fit-talba billi tista’ tvarja minn tlett (3) ijiem, sa sebat (7) ijiem, sa erbatax (14)-il jum kalendarju. Huwa importanti li inti tissottometti l-informazzjoni mitluba matul il-perijodu ta’ żmien deżinjat.
- Mur fil-kont “My .eu”. Daħħal l-isem tad-dominju u l-indirizz tal-email tiegħek, ikklikkja fuq “Itlob kodiċi ta’ aċċess”. Daħħal il-kodiċi mibgħut fl-indirizz tal-email tiegħek u kklikkja fuq “Login”. Jekk jogħġbok innota li l-kodiċi ta’ aċċess mibgħut lill-indirizz tal-email tiegħek jista’ jintuża darba biss u jiskadi wara sagħtejn minn meta tirċevih.
- Malli tilloggja fil-kont “My .eu” tiegħek, issib bosta metodi disponibbli sabiex tivverifika d-data tar-reġistrazzjoni tiegħek. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq il-paġna ta’ My .eu.
- Jekk, matul il-proċess ta’ verifika, tintalab ittella’ evidenza dokumentata, jew għażilt dan il-metodu biex tivvalida d-data tiegħek, ikklikkja fuq “Ibgħat” wara li ttella’ d-dokumenti tiegħek.
- Jekk id-data pprovduta permezz tal-metodu ta’ verifika magħżul tiegħek taqbel mad-data tar-reġistrazzjoni, il-proċedura ta’ verifika tista’ tiġi konkluża u l-isem tad-dominju tiegħek jiġi attivat, jekk meħtieġ. Jekk jogħġbok innota li l-EURid jista’ jkollu bżonn iwettaq kontroll manwali sabiex jivverifika d-data tiegħek, b’hekk l-isem ta’ dominju tiegħek jista’ ma jiġix attivat immedjatament wara li tissottometti l-evidenza tiegħek.
- Jekk tintalab speċifikament tikkonferma li rreġistrajt l-isem/ismijiet tad-dominju tiegħek in bona fide, jekk jogħġbok ikkonferma billi timmarka l-kaxxa “Nikkonferma...” fuq il-pjattaforma My .eu.
Meta nibdew kontroll ta’ verifika tad-data tiegħek, l-istatus tal-isem tad-dominju tiegħek jista’ juri wieħed mill-istati li ġejjin:
- “Hold tas-Server” li jfisser li d-dominju tiegħek jinsab temporanjament mhux attiv (jiġifieri kwalunkwe sit web u/jew email marbut miegħu ma jaħdmux) minħabba li jinsab taħt investigazzjoni interna;
- “Mneħħi” li jfisser li l-isem ta’ dominju m’għadux irreġistrat u qed jistenna r-riżultat ta’ investigazzjoni interna.
Jekk tixtieq tirċievi aktar informazzjoni dwar il-każ tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana billi twieġeb għall-email li rċevejt mill-indirizz tal-email: [email protected].