Aqbeż għall-kontenut ewlieni

Politika tal-Cookies

X’inhu cookie?

Cookie huwa text file li jkun fih ammonti zgħar ta’ informazzjoni, li huwa mniżżel mill-apparat tiegħek meta inti żżur sit tal-internet għall-ewwel darba. Dak il-cookie jintbagħat lura lis-sit tal-internet oriġinali kull darba li wieħed iżuru, jew lil sit ta’ internet ieħor li jagħraf dak il-cookie. Cookies huma utli għaliex iħallu sit ta’ internet jagħraf apparat u jipprovduk b’esperjenza tas-sit tal-internet iktar effiċjenti w personalizzata.

X’tipi ta’ cookie jiġu wżati?

Aħna EURid, nużaw sew cookies tal-ewwel parti kif ukoll cookies ta’ parti terza fuq is-sit(i) web tagħna.

Cookies tal-ewwel parti huma cookies li huma użati mill-EURid waqt li inti żżur wieħed mis-siti web tagħna, bħal pereżempju, cookies ta’ sessjoni, persistenti, u funzjonali:

TIl-cookies tekniċi huma essenzjali għas-sit web biex jaħdem sew. Dawn il-cookies jippermettulek tinnaviga bejn il-varji sezzjonijiet tas-sit web tagħna u tuża funzjonalitajiet speċifiċi.

Il-cookies ta’ sessjoni huma cookies temporanji li jħalluk tinnaviga malajr u faċilment fis-sit web waqt is-sessjoni tal-ibbrawżjar.

Il-cookies persistenti jew ‘cookies li jittrekkjaw’ jibqgħu preżenti wara sessjoni individwali u jibqgħu fil-brawżer tiegħek għal perjodu speċifiku wara s-sessjoni (sakemm int tiddeċiedi li tħassar dawn il-cookies).

Il-cookies funzjonali jimmonitorjaw l-operazzjoni kurrenti tas-sit web u jippermettu lis-sit web jiftakar l-għażliet li inti tagħmel (e.ż. il-lingwa preferita tiegħek, il-user name tiegħek, jew ir-reġjun tiegħek). Jipprovdu karatteristiċi iktar sofistikati u personali, u dan jevita li inti trid toqgħod tispeċifika l-għażliet tiegħek kull darba li żżur is-sit web.

Il-cookies ta’ parti terza huma cookies li mhumiex użati mill-EURid waqt li inti żżur wieħed mis-siti web tagħna, pereżempju:

Il-cookies tal-prestazzjoni (Piwik): dawn jiġbru informazzjoni anonima u aggregata dwar l-imġiba tiegħek online (bħal, pereżempju, it-tip ta’ brawżer li tuża, l-indirizz IP (Internet Protocol) tiegħek, is-sistema operattiva li tintuża, l-isem ta’ dominju li inti żort anki meta inti tabbanduna sit ta’ dan it-tip, id-data u l-ħin ta’ meta inti żort is-sit web, eċċ.) għal skopijiet statistiċi u biex jiġġeneraw profili tal-viżitaturi.

Il-cookies li nużaw ma jiġbrux data li tikxef l-identità personali tiegħek u għalhekk ma jkunx possibbli għalina li nidentifikawk. Is-sit(i) web tagħna jistgħu jkollhom kollegamenti ma’ siti web oħra li mhumiex ta’ proprjetà jew immaniġġjati minn EURid (kontenut ta’ terzi, kollegamenti u plugs-in). EURid mhijiex responsabbli għall-politika dwar il-privatezza ta’ dawn is-siti web.

Kif tagħti l-kunsens tiegħek?

Meta żżur is-sit(i) web tagħna għall-ewwel darba, se tara banner tal-cookies fuq nett. Billi tagħlaq dak il-banner, jew tkompli żżur is-sit(i) web tagħna, inti tkun qed tagħti kunsens biex aħna nużaw il-cookies kif speċifikat f’din il-politika tal-cookies, sakemm inti ma biddiltx is-settings tal-brawżer tiegħek b’tali mod li jirrifjuta l-cookies (ara hawn taħt) jew sakemm int ma tikklikkjax fuq ‘No Cookies for me’ fil-banner tal-cookies tagħna.

Kif tirrifjuta l-cookies tagħna?

Inti tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tikklikkja fuq ‘No cookies for me’ (Ma rridx cookies) fil-banner tal-cookies tagħna, jew billi tħassar il-cookies fis-settings tal-brawżer tal-Internet tiegħek.

Dawn is-settings is-soltu jinstabu fil-menù tal-'opzjonijiet' jew 'preferenzi' tal-brawżer tal-Internet tiegħek. Biex tifhem dawn is-settings,dawn il-links li ġejjin jistgħu jkunu ta’ għajnuna, (jew mur fuq l-opzjoni tal- 'Help' (għajnuna) fuq il-brawżer tal-Internet tiegħek għal iktar dettalji):

Jekk jogħġbok innota li meta tibdel is-settings tal-brawżer tiegħek biex tirrifjuta  l-cookies , dan jista’ jaffettwa ż-żjara tiegħek fuq is-sit web tagħna u ma jħallikx taċċedi partijiet minn jew is-sit web kollu. Inti tista’ tibdel is-settings tal-brawżer tal-Internet tiegħek fi kwalunkwe ħin.