Avviż legali
Ġenerali
Il-kondizzjonijiet ta’ l-użu (“Kondizzjonijiet”) li ġejjin huma applikabbli għal min iżur is-siti ta’ l-internet tal-EURid (is-“Siti ta’ l-Internet”). Meta tidħol fuq dawn is-siti ta’ l-internet u tagħmel użu minnhom inti tkun qed tiddikjara li qrajt u fhimt dawn il-Kondizzjonijiet u li taqbel li tintrabat magħhom u li se tħares il-liġijiet u r-regolamenti kollha applikabbli. Il-EURid tirriżerva d-dritt li temenda dawn il-Kondizzjonijiet minn żmien għal żmien, mingħajr l-ebda avviż fid-diskrezzjoni assoluta tagħha. Jekk ma taqbilx ma’ dawn il-Kondizzjonijiet, m’għandekx tuża s-Siti ta’ l-internet.
Dawn is-Siti ta’ l-Internet jiġu operati minn EURid vzw, Telecomlaan 9, 1831 Diegem, Il-Belġju, RPR Brussel - VAT BE 0864.240.405, li hija assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, stabbilita taħt il-liġi Belġjana.
L-użu tas-Siti ta’ l-Internet
Tista’ tuża dawn is-Siti ta’ l-Internet għal skopijiet legali biss. Ma tistax tuża dawn is-Siti ta’ l-Internet:
- b’mod li jmur kontra l-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali jew internazzjonali applikabbli;
- b’mod illegali jew frodulenti jew bi skop jew b’effett illegali jew frodulenti;
- b’mod li jista’ jikkawża dannu, jiddiżattiva, jgħabbi żżejjed jew jimpedixxi xi wieħed mis-servers tal-EURid, jew in-network(s) li magħhom ikunu mqabbda.
- b’mod li jikkostitwixxi malafama jew abbuż jew ksur tad-drittijiet ta’ partijiet terzi;
- tuża xi materjal jew informazzjoni, li jinkludu immaġni jew ritratti, li huma disponibbli bi permezz tas-Siti ta’ l-Internet b’mod li jmur kontra d-drittijiet ta’ l-awtur, it-trejdmarks, il-brevett, is-sigrieti kummerċjali, jew xi dritt ta’ proprjetà ieħor ta’ kwalunkwe parti;
- biex deliberatament tittrażmetti, tibgħat jew tagħmel upload ta’ xi materjal li jikkawża ħsara teknika (inklużi, iżda mhux limitati għal, viruses, Trojan horses, worms, logic bombs, data korrotta jew software malizzjuż ieħor jew data ta’ ħsara oħra).
Informazzjoni dwar is-Siti ta’ l-Internet
Il-EURid timmantjeni dawn is-Siti ta’ l-internet biex itejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħha. Kwalunkwe informazzjoni fuq is-Siti ta’ l-Internet hija pprovduta “kif tidher”. Minkejja l-attenzjoni u l-isforzi kollha tagħna, il-EURid ma tistax tiggarantixxi li l-informazzjoni fuq is-Siti ta’ l-Internet hija kompluta, preċiża u aġġornata. Kwalunkwe informazzjoni jew materjal li jidher fuq is-Siti ta’ l-Internet mhumiex maħsuba biex jipprovdu pariri li tista’ toqgħod fuqhom. B’mod espliċitu, il-EURid tiċħad kull responsabbiltà relatata ma’ l-użu tas-Siti ta’ l-Internet jew ma’ l-informazzjoni li jinstab fihom, jew ma’ xi konsegwenzi li jistgħu jirriżultaw mill-użu ta’ l-istess informazzjoni. Jekk is-Siti ta’ l-Internet jkun fihom informazzjoni dwar il-liġijiet jew ir-regolamenti jew id-deċiżjonijiet adottati mill-awtoritajiet pubbliċi, dawn jistgħu jkunu ġew emendati, revokati jew sostitwiti minn meta jkunu tqiegħdu fuq is-Siti ta’ l-Internet. Għaldaqstant, għandek toqgħod biss fuq il-verżjoni l-iktar uffiċjali u reċenti kif ippubblikati minn dawn l-awtoritajiet.
Links fuq is-Siti ta’ l-Internet għal Siti ta’ l-Internet oħra
L-informazzjoni pprovduta fuq is-Siti ta’ l-Internet tista’ tinkludi informazzjoni minn partijiet terzi u links għal partijiet terzi jew siti ta’ l-internet ta’ partijiet terzi. Tali informazzjoni minn partijiet terzi ma tirrappreżentax l-opinjoni ta’ l-EURid u l-links għal siti ta’ partijiet terzi huma pprovduti biss għall-kumdità. Il-EURid ma tesprimix l-ebda opinjoni dwar tali informazzjoni jew siti ta’ l-internet ta’ partijiet terzi, u ma tistax tinżamm responsabbli għall-kontenut tagħhom.
Data personali
Il-EURid hija impenjata biex tirrispetta l-privatezza tiegħek. Jekk jogħġbok aqra l-Politika dwar il-Privatezza tagħna.
Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali
Il-materjal kollu li jinstab fis-Siti ta’ l-internet huwa protett bid-drittijiet ta’ l-awtur jew bi dritt(ijiet) tal-proprjetà intellettwali oħra u huwa proprjetà ta’ l-EURid jew l-Eurid għandha liċenzja għalih. Inti ma tistax tuża, taħżen (minbarra jekk meħtieġ biex tara l-kontenut tas-Siti ta’ l-Internet), tirriproduċi, timmodifika, tiddistribwixxi, tbigħ jew b’xi mod ieħor tittrasferixxi kwalunkwe parti minn dan il-materjal mingħajr il-kunsens bil-miktub mogħti minn qabel mill-EURid.
Liġi u ġurisdizzjoni applikabbli
Dawn il-Kondizzjonijiet u l-użu tas-Siti ta’ l-Internet huma rregolati esklussivament u mfassla skond il-liġi Belġjana, għajr għall-prinċipji tagħha dwar kunflitt ta’ liġi. F’każ ta’ tilwima, il-ġurisdizzjoni hija esklussivament dik tal-qrati ta’ Brussell.